Storja
Il-Gvern b’negozjati biex jakkwista r-residenza privata tar-Reġina Eliżabetta

Il-Gvern għadu għaddej b’negozjati mas-sidien ta’ Villa Gwardamangia biex ikun jista’ jakkwista din il-proprjetà mingħand sidien privati.

Dan intqal mill-Ministru għall-Ġustizzja Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici meta wieġeb mistoqsija supplimentari tad-Deputat Nazzjonalsita, Beppe Fenech Adami fil-Parlament. U dan wara rapport li dehru fl-istampa li l-proprjetà qed tkun reklamata għall-bejgħ.

Il-Ministru Bonnici qal li l-interess tal-Gvern li jixtri l-proprjetà huwa minħabba r-rabta ta’ din il-villa mal-istorja ta’ Malta. Filfatt, Villa Gwardamangia kienet ir-residenza privata tar-Reġina Elizabbetta II tar-Renju Unit meta kienet għadha Prinċipessa u żżewġet lill-Prinċep Filippu li fl-aħħar snin erbgħin u l-bidu tas-snin ħamsin kien stazzjonat Malta mal-qawwa navali Ingliża. Waqt li qal li hemm aktar minn sid wieħed tal-villa, il-Ministru qal li dawn għandhom id-dritt ibiegħu lil min iridu. Il-binja hija protetta taħt it-tieni skeda minħabba l-importanza storika tagħha.

Fi twegiba supplimentari oħra, il-Ministru Bonnici qal li l-organizazzjoni edukattiva, xjentifika u kulturali tan-Nazzjonijiet Magħquda l-UNESCO qed tikkunsidra t-talba ta’ Malta biex il-ftira Maltija tkun iddikjarata l-ewwel eżempju ta’ wirt kulturali intanġibbli Malti. Huwa qal li Malta setgħet tagħmel din it-talba wara li l-Parlament approva l-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar wirt intanġibbli. Huwa qal li r-rikonoxximent tal-ftira Maltija jkun ifisser rikonoxximent ukoll għas-sengħa meħtieġa biex tinħabeż.

Il-Ministru Bonnici kien qed iwieġeb mistoqsija supplimentari tad-Deputat Laburista Byron Camilleri. Fi tweġiba oħra, il-Ministru għall-Kultura qal li l-Gvern qed jaħdem biex titwaqqaf fondazzjoni mal-Knisja u l-Università li tieħu ħsieb it-tmexxija kulturali tal-Università l-qadima tal-Belt u l-Knisja tal-Ġiżwiti fl-istess binja. Waqt li qal li r-restawr estern tal-bini tal-Università sewa miljun u nofs ewro, qal li l-fondazzjoni tkun mistennija taħdem biex tagħmel kalamita turistika u kulturali minn dan is-sit.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Kronaka

Tfajla ta’ 23 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bi quad bike f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur meta tfajla ta’ 23…

Kronaka

Sewwieq ta’ mutur ġie rikoverat wara li kellu inċident f’ Triq il-Kosta għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 42 sena mill-Ħamrun kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha meta…

Politika

Waqt li l-partiti politiċi ħadu l-pawża tas-sajf mid-diskorsi politiċi tal-Ħadd, baqa’ għaddej il-battibekk politiku dwar is-salarji tas-Segretarju Parlamentari bejn id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Partit Laburista. Wara li l-gvern fi…

Aktar