Qorti
Il-Gvern b’numru ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u oħrajn għas-sistema ġudizzjarja Maltija

Ir-riformi li l-Gvern qed jippjana li jwettaq għat-titjib tal-governanza ntbagħtu lill-Kummissjoni Venezja mill-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza. F’dak deskritt mill-Ministru Edward Zammit Lewis bħala pass storiku fid-demokrazija ta’ Malta, qal li l-gvern se jwettaq numru ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u oħrajn se jaddatthom għas-sistema u t-tradizzjoni ġudizzjarja Maltija.

Il-Gvern ippublika l-proposti għar-riformi fil-ġudikatura u riformi istituzzjonali oħra li ntbagaħtu lill-Kummissjoni Venezja. Il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li l-proposti fihom kunċetti leġislattivi dwar riformi estensivi, storiċi u mingħajr preċedent.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza qal li dawn il-proposti huma riżultat ta’ taħditiet li saru mal-Kummissjoni fil-ġimgħat li għaddew. Il-proposti jinkludu l-metodu ġdid għal ħatriet tal-ġudikanti, id-dixxiplina ġudizzjarja, il-prosekuzzjoni u l-poteri tal-Prim Ministru. Il-proposti jitkellmu wkoll dwar l-irwoli tal-kummissjoni permanenti kontra l-korruzzjoni u l-Uffiċċju tal-Ombudsman, il-ħatriet tas-Segretarji Permanenti u ta’ Persuni ta’ Fiduċja, u l-ħatra ta’ President. Il-proposti huma maqsuma f’disa’ taqsimiet.

Il-gvern qal li wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja se jiġu implimentati kif propost minnha. F’oqsma oħra, ir-rakkomandazzjonijiet se jiġu implimentati b’mod li jkunu addattati għas-sistema u t-tradizzjonijiet ġudizzjarji ta’ Malta.

Il-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal li dawn ir-riformi se jsaħħu r-reputazzjoni ta’ Malta f’perspettiva Ewropea u internazzjonali.

Dan huwa pass bla preċedent bla storiku l-ebda gvern ma kien lest biex jitlef mill-poteri tiegħu jmexxi riforma istutizzjonali tas-saltna tad-dritt u bon governanza li kellna bżonn.

Dr Zammit Lewis qal li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta, il-Gvern se jnaqqas mill-poteri tiegħu u se jgħaddihom f’idejn il-President ta’ Malta. Il-Ministeru tal-Ġustizzja qal li l-gvern jibqa’ determinat li jkun hemm iktar riformi, inkluż dawk importanti mmexxija mill-President George Vella fl-eventwali Konvenzjoni Kostituzzjonali.

B’reazzjoni, il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li fuq daw il-proposti trid issir konsultazzjoni serja kif jixraq f’soċjetà demokratika.

L-istqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Ġustizzja Jason Azzopardi u l-kelliem għar-riforma kostituzzjonali Chris Said qalu li l-oppożizzjoni ma kinetx konsultata u ser tistudja ħafna min dawn il-proposti fl-istrutturi interni tagħha. Ziedu jgħidu li għandu jkun hemm proċess aktar wiesgħa ta’ konsultazzjoni li jinvolvi lis-soċjetà ċivili kollha, lill-esperti u nies oħra li għandhom kull dritt jagħtu s-sehem tagħhom.

U l-Għaqda Repubblika qalet li appellat lill-Kummissjoni Venezja biex tinsisti mal-gvern jiftaħ din ir-riforma għal konsultazzjoni effettiva u wiesgħa mas-soċjetà ċivili. Ziedet tgħid li l-isforz tagħna ta r-riżultat mixtieq u l-proċess mal-Kummissjoni Venezja twaqqaf sakemm kulħadd f’Malta jkollu l- opportunità jistudja l-proposti tal-Gvern u jesprimi ruħu dwarhom.

 

Aħbarijiet Oħra

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li sal-lum f’Malta kellna erba’ każijiet ta’ persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19, ġew dikjarati li rkupraw mill-virus iżda wara xi żmien dawn reġgħu…

Il-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li minn meta tnediet il-Covid-19 tracing app il-ġimgħa li għaddiet, din tniżżlet mas-60,000 darba. Prof Gauci qalet li fuq Andorid din l-app tniżżlet 43,334…

Għat-tieni darba fl-aħħar ġimgħa, f’temp ta’ 24 siegħa, ġew dikjarati aktar persuni li fiequ mill-virus milli nfezzjonijiet ġodda. L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta’…

Il-General Workers Union għandha mal-400 kawża fuq il-kotba tagħha ta’ eks ħaddiema tat-Tarzna, li fetħu kawża għad-danni talli kienu esposti għall-asbestos waqt li kienu qed isewwu l-vapuri. Id-dokumentarju ‘Mewta Siekta’…

Aktar