Ekonomija u Finanzi
Il-Gvern b’surplus ta’ €8 miljun

Fl-ewwel ħdax-il xahar ta’ din is-sena, il-Gvern kellu surplus ta’ tmien miljun ewro fil-fond konsolidat. Fl-istess perjodu tas-sena l-oħra, il-Gvern kien għad kellu żbilanċ ta aktar minn €35 miljun.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’dan il-perjodu d-dħul rikurrenti tal-gvern żdied bi kwazi 12 fil-mija, jew b’aktar minn €463 miljun. Iż-żieda fid-dħul ġiet minn diversi sorsi fosthom dħul aktar ta’ €121 miljun mill-għotjiet li rċieva l-Gvern.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika rraporta wkoll li nefqa tal-Gvern fl-ewwel ħdax-il xahar tas-sena żdiedet b’10.6%. Jirriżulta li n-nefqa rikurrenti żdiedet bi kważi €387 miljun u bi kważi €45 miljun oħra għal proġetti kapitali, bl-akbar nefqa kienet għal xogħlijiet fuq it-toroq.

Mill-istess ċifri finanzjarji tal-Gvern joħroġ li l-imgħax fuq id-dejn naqas b’aktar minn ħdax-il miljun ewro meta mqabbel mal-istess ħdax-il xahar tas-sena l-oħra, għalkemm id-dejn tal-Gvern żdied bi kważi €106 miljun meta mqabbel ma’ Novembru tas-sena l-oħra.

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Għaqda Repubblika fi stqarrija sejħet lill-Gvern biex jirtira l-kuntratt tat-tlett sptarijiet wara li fil-midja ġie rappurtat li Steward Health Care trid aktar flus biex tmexxi dawn l-isptarijiet. Sejħet ukoll biex…

Kronaka

Mara ta’ 26 sena mil-Litwanja, residenti San Ġiljan, sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tattraffiku f’San Ġiljan. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-7.30, il-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq Ġorġ Borġ Olivier…

Saħħa

Steward Health Care Malta jtejjeb is-servizz tal-air ambulance bejn Malta u Għawdex b’ħelikopter modern li se jissostitwixxi dak li qed jintuża bħalissa. Barra minn hekk il-kumpanija se tintroduċi wkoll it-tieni…

Qorti

Sean Farrugia ta’ 30 sena minn Birkirkara weħel tliet snin ħabs u multa ta’ €234 wara li ammetta li wettaq żewġ serqiet. Huwa tressaq il-Qorti akkużat li nhar is-17 ta’ Jannar…

Aktar