Ekonomija u Finanzi
Il-Gvern b’surplus ta’ €9,400,000 fil-fond konsolidat sal-aħħar ta’ Diċembru 2019

Sal-aħħar ta’ Diċembru li għadda, il-Gvern kellu surplus ta’ €9,400,000 fil-fond konsolidat, filwaqt li f’Diċembru tal-2018, il-fond konsolidat kellu defiċit ta’ aktar minn €70 miljun.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li s-sena li għaddiet id-dħul rikurrenti tal-Gvern żdied b’aktar minn €412-il miljun bl-akbar żieda ta’ kważi €183 miljun kienet mil-income tax.

Waqt li d-dħul tal-Gvern żdied b’9.1%, in-nefqa tal-Gvern kibret b’7.2%. Iż-żieda fin-nefqa tal-gvern kienet ta’ kważi €395 miljun aktar mill-2018. Fl-istess perjodu, il-Gvern iffranka aktar minn ħdax-il miljun ewro fl-imgħaxijiet fuq is-self. Filwaqt li n-nefqa kapitali miċ-ċifri tat-teżor jirriżulta li fl-2019, id-dejn tal-Gvern żdied biss bi ftit aktar minn €9,000,000.