Lokali
Il-Gvern favur li jiddedika aktar riżorsi fil-Qrati biex tiżdied l-effiċjenza

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici la ċaħad u lanqas ikkonferma li ser jinħatru imħalfin ġodda fosthom mill-Maġistratura li ser jiġu elevati għall-bank tal-Imħalfin biex iservu fil-qorti superjuri. Madankollu ma’ TVM, Dr Bonnici indika li l-Gvern huwa favur li jiddedika iktar riżorsi fil-qrati biex tiżdied l-effiċjenza.

Għal bosta snin, fil-bidu tas-sena forensi, Prim Imħallef wara l-ieħor bid-diskorsi tagħhom bagħtu messaġġ ċar li f’Malta l-qrati m’għandhomx ġudikanti daqs pajjiżi oħra Ewropej paragun mal-popolazzjoni Maltija. Dan il-messaġġ jidher li fl-aħħar ser iwassal biex jinħatru possibilment sa erba’ ġudikanti ġodda.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li “bħala Gvern nemmnu li hemm numru ta’ qrati li jirrikjedu attenzjoni partikolari, li allura jfisser li tkun idea pożittiva, tkun xi ħaġa tajba, li jiġu assenjati riżorsi ġodda biex dejjem tiżdied l-effiċjenza hemmhekk.”

Mistoqsi minn TVM, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici ma kkonfermax rapporti fil-media li anke semmew ismijiet ta’ mil-lanqas żewġ maġistrati li ser jiġu elevati għall-Imħalfin.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li “naħseb li mhux lok li nispekula, il-Gvern joħroġ l-istqarrijiet tiegħu fil-mument opportun, però rrid ngħid li fil-mument li tiġi kreata vakanza ta’ Prim Imħallef li jiġi sostitwit b’Imħallef sedenti, allura huwa naturali li hemm vakanza li trid timtela”.

Il-Ministru Bonnici qal li b’riforma li daħlet fl-aħħar snin, il-ġudikanti l-ġodda jridu jgħaddu minn skrutinju ta’ kumitat qabel mal-Gvern jinnomina ġudikanti ġodda.

“Aħna waqqafna kumitat ta’ skrutinju, magħmul min-nies indipendenti, il-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali, l-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman, il-President tal-Kamra tal-Avukati, li f’kull każ iridu jagħtu l-parir tagħhom fuq kandidati li jiġu sottomessi minn żmien għal żmien, jew inkella japplikaw minn jeddhom” qal il-Ministru Bonnici.

Ir-rapporti fil-midja semmew li bil-ġudikanti l-ġodda, ser jiżdiedu l-imħalfin kemm fil-qorti tal-familja kif ukoll biex għall-ewwel darba jkun hemm Imħallef fil-qorti ta’ Għawdex kif ukoll jibda jaħdem it-tieni qorti tal-appell.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Riċerka ppubblikata fl-aħħar jiem tixħet dawl dwar l-ewwel attentati għas-separazzjoni tal-poteri bejn Stat u Knisja f’Malta. Kien Nicolo’ Muscat – figura prominenti fl-amministrazzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri – li f’nofs is-seklu 18…

Lokali

Ġimgħa wara d-delitt ta’ omm żagħżugħa f’Raħal Ġdid li allegatament inqatlet mis-sieħeb tagħha, bosta għaqdiet speċjalment tan-nisa komplew jitkellmu b’diversi stqarrijiet dwar dan il-femiċidju u l-problema tal-vjolenza domestika. Mill-banda l-oħra…

Annimali

L-Assoċjazzjoni Exotic Finch Malta qed tagħti opportunità oħra lill-pubblika japprezza l-ġmiel ta’ 500 għasfur li minkejja li l-oriġini tagħhom hija barranija tfaqqsu f’Malta wara ħafna studju u esperementazzjoni. Il-wirja li…

Lokali

Il-Malta National Electromobility Platform fi ħdan Transport Malta qed tikkordina diversi inizjattivi u attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Ewropea Tal-Mobbiltà. It-tema għal din is-sena hija “Multimodality – Mix and Move”. Din it-tema…

Aktar