Lokali
Il-Gvern fir-raba’ post fil-fiduċja li jgawdi mill-Maltin fost il-pajjiżi membri fl-UE

Il-fiduċja fl-organizzazzjonijiet umanitarji u ta’ karità f’Malta ġiet ikklassfikata fl-ewwel post fost l-istituzzjonijiet mit-28 stat membru tal-Unjoni Ewropea.

L-istħarriġ tal-Euro Foundation dwar il-Kwalità tal-Ħajja fl-Ewropa poġġa lil Malta fost 13-il stat membru tal-Unjoni Ewropea li għandhom iżjed fiduċja fl-istituzzjonijiet mill-medja Ewropea.

B’mod ġenerali, Malta klassifikat fis-seba’ post fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea fl-istħarriġ tal-Euro Foundation, b’punteġġ medju ta’ 5.9 minn għaxar punti – 0.7 punti aktar mill-medja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Fl-istħarriġ Ewropew dwar il-kwalità tal-ħajja għall-2016, il-Finlandja kklassifikat fl-ewwel post punteġġ ta’ 7 punti, id-Danimarka 6.6 u l-Lussemburgu 6.4. Il-poplu Kroat għandu l-inqas fiduċja fl-istituzzjonijiet tiegħu.

Skont l-istħarriġ, il-Gvern Malti klassifika fir-raba’ post fil-fiduċja li jgawdi mill-poplu Malti b’punteġġ ta’ 5.8. Il-Fillandja u l-Lussemburgu qasmu l-ewwel post b’punteġġ medju ta’ 6.2. Qabel Malta, fit-tielet post klassifikat l-Iżvezja b’5.9 punti.

Il-Parlament Malti għandu aktar fiduċja mill-medja tal-Unjoni Ewropea u klassifika fit-tmien post b’punteġġ ta’ 5.1.

Il-midja f’Malta kisbet punteġġ ta’ 5.1 – punt u nofs inqas mill-Finlandja li klassfika fl-ewwel post.

Mill-banda l-oħra, b’punteġġ 6.1 u 5 punti rispettivament, il-fiduċja tal-Maltin fil-Pulizija u fis-sistema legali kienet inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea.

Madwar 87% izda wieġbu li jħossuhom siguri mill-kriminalità meta jkunu waħidhom id-dar. 79% wieġbu li jħossuhom siguri jimxu waħidhom wara li jidlam.

Fl-istħarriġ, Malta marret aħjar minn pajjiżi oħra speċjalment f’dik li hja l-fiduċja fl-organizzazzjonijiet umanitarji għax kisbet punteġġ ta’ 7.1. Il-medja tal-Unjoni Ewropea hija ta’ sitt punti.

Il-fiduċja tal-Maltin fil-banek klassifikat fit-tieni post wara l-Finlandja. Segwew wara Malta, l-Estonja u d-Danimarka. Il-medja tal-fiduċja taċ-ċittadini tal-istati membri fil-banek kienet ta’ 4.9 punti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Plastic Europe, assoċjazzjoni li tiġbor produtturi tal-plastik minn madwar l-Ewropa, iltaqgħet f’Malta biex tiddiskuti mal-esperti u l-politiċi t-triq ‘il quddiem biex l-ibħra ma jibqgħux iservu ta’ miżbla għal eluf ta’…

Lokali

Koppja Maltija li tlett xhur ilu adottat tifel mill-Indja qalet li l-ferħ li tahom dan it-tifel f’ħajjithom huwa indeskrivibbli. Il-Koppja, Ian u Madeleine Sammut Dacoutros għandhom tifel ta’ sena u…

Lokali

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello qal li jintremew maż-2 miljun tunnellati ta’ skart li minnhom 333,000 tunnellata jinġabru minn boroz suwed. Huwa qal li nofs dan l-iskart seta’ ġie rriċċiklat….

Lokali

Waqt li komplew l-argumenti favur u kontra l-proposti tal-Gvern għall-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Gvern wera qbil mal-President Marie Louise Coleiro Preca li din id-diskussjoni għandha ssir b’mod seren, iżda tenna li…

Aktar