Lokali
Il-Gvern f’kuntatt mal-awtoritajiet Ċileni dwar saħħet l-Arċisqof

Il-Gvern Malti kkuntattja lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin taċ-Ċilì biex tingħata kull għajnuna meħtieġa lill-Arċisqof ta’ Malta Charles J Scicluna.

Monsinjur Scicluna bħalissa jinsab rikoverat fi sptar fil-kapitali Ċilena Santiago.

Dan intqal mill-Ministru għall-Affaijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela fil-Parlament illejla.

Iż-żewġ naħat tal-Kamra u l-Ispeaker Anglu Farrugia awguraw fejqan ta’ malajr lill-Arċisqof Scicluna.

F’isem l-Oppożizzjoni tkellem id-deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, bil-Ministru Abela jirreplika għan-naħa tal-Gvern.

Il-Ministru Abela qal li l-Gvern għamel kuntatt ukoll mal-Kurja f’Malta u mal-Konslu Malti fiċ-Ċilì biex tingħata kull għajnuna meħtieġa.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT 2: L-Arċisqof Charles Scicluna qed isirlu intervent fil-marrara

Il-Prim Ministru jawgura fejqan ta’ malajr lill-Arċisqof

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Il-Maltin jivjaġġaw l-iżjed bl-ajru, u skont statistika tal-Eurostat, 63 fil-mija tal-vjaġġi tal-Maltin fl-2017 saru bl-ajru. Dan ipoġġi lil Malta fl-ewwel post, anke meta mqabbel ma’ gżejjer oħra. Fil-fatt, filwaqt li…

Qorti

Fil-Qorti llum ngħalqu l-provi kontra Liam Debono, li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri fil-15 ta’ Mejju 2018. Il-proċeduri issa mistennija jkomplu billi jinħareġ l-Att ta’ Akkuża…

Politika

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li tirrappreżenta 47 pajjiż, approvat rapport kritiku dwar is-saltna tad-dritt f’Malta li tħejja mill-Parlamentari Olandiż Pieter Ormtzigt. Ir-rapport ġie approvat bit-72 vot favur, 18-il vot kontra…

Propjetà

Il-membru tal-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar, Matthew Pace, mhuwiex preżenti għal-laqgħa tal-lum li fiha qed tkun diskussa l-applikazzjoni għall-proġett Townsquare t’Tas-Sliema. Il-ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell sabet li s-Sur Pace kellu…

Aktar