Barranin
Il-Gvern ġdid Taljan jirbaħ vot ta’ fiduċja fil-Parlament b’maġġoranza komda

Il-Gvern ġdid Taljan rebaħ vot ta’ fiduċja fil-Parlament b’maġġoranza komda. Il-Gvern kiseb appoġġ ta’ 343 deputat filwaqt li 263 ivvutaw kontra. Kien hemm 3 astensjonijiet. F’reazzjoni wara r-riżultat, il-Prim Ministru Guiseppe Conte qal li huwa sodisfatt bir-riżultat.

Dan kien l-ewwel vot ta’ fiduċja fil-Gvern il-ġdid ta’ Conte, wara li l-koalizzjoni bejn il-Movimento Cinque Stelle ta’ Luigi di Maio u Lega Nord ta’ Matteo Salvini sfaxxat ix-xahar li għadda. Illum, il-Gvern Taljan se jiffaċċja vot ta’ fiduċja ieħor li huwa iktar iebes li se jittieħed mis-Senat Taljan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Barranin

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati. It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin…

Aktar