Lokali
Malta titlob sanzjonijiet fuq żewġt irġiel Maltin fil-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-ħasil tal-flus

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li TVM li l-Gvern huwa impenjat anke internazzjonalment li jiġġieled il-kuntrabandu u l-ħasil tal-flus. Huwa kien qed iwieġeb lil TVM dwar il-każ ta’ Darren u Gordon Debono li ġew arrestati fl-Italja b’rabta ma’ kutrabandu tal-fuel mil-Libja. Malta saħansitra talbet li fuqhom jiġu imposti sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Il-Gvern ser ikompli jittratta fil-qorti favur id-deċiżjoni tal-kumitat tiegħu li jsegwi l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda wara li l-Qorti ħarġet mandat temporanju ta’ inibizzjoni biex il-gvern ma jissuktawx bil-ħidma tiegħu biex ikunu imposti sanzjonijiet fuq Darren u Gordon Debono li flimkien ma’ persuni oħra qed ikunu investigati fl-Italja fuq kutrabandu ta’ fuel u ħasil ta’ flus.

Il-każ ħareġ fil-beraħ mera sar magħruf li fin-Nazzjonijiet Magħquda, ir-Russja talbet iżjed tagħrif qabel tapprova jew le s-sanzjonijiet kontra ż-żewġt irġiel għalkemm għandhom l-istess kunjom ma jiġux minn xulxin. TVM staqsa lil Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela x’wassal biex il-Gvern ħa dal-pass għall-ewwel darba fl-istorja kontra ċittadini Maltin.

“Il-Gvern huwa kommess li jiġġieled kull tip ta’ traffikar anke dak li jsir ‘il barra minn xtutna, u dak huwa commitment li l-Gvern Malti għandu li jikkollabora anke ma’ pajjiżi oħra f’dan ir-rigward. It-tieni ħaġa, dwar il-każ per se mhux għaqli li nikkummenta meta hemm mandat ta’ inibizzjoni anke l-Qort. Però li nista’ ngħid huwa li huwa s-sanctions monitoring board li mill-informazzjoni li jkollhom huma jieħdu dawn it-tip ta’ azzjonijiet. Jiġifieri aħna bħala Gvern nissapportjaw li jittieħdu dawn it-tip ta’ azzjonijiet.”

Staqsejna lill-Ministru Abela fiex jikkonsistu sanzjonijiet li n-Nazzjonijiet Magħquda tista’ timponi fuq persuna, u mhux pajjiż.

“Fuq persuni individwali jkunu l-persuni individwali li qed jiġu milquta hawnhekk. Dawk ikunu qed jittargetjaw persuni partikolari, jiġifieri ma jkunux qed jolqtu lill-pajjiż jew l-ekonomija tal-pajjiż, imma persuni li ladarba jkunu fuq il-lista jkun hemm ċertu issues li ma jkunux jistgħu jsiru pereżempju kummerċ magħhom.”

Waqt li Darren u Gordon Debono qed jiċħdu l-akkużi kontrihom, jidher li ċ-ċinturin fuq l-attività u l-assi tagħhom kompla jissikka għax barra l-gvernijiet tal-Italja u Malta, anke l-Istati Uniti qed isegwi mill-qrib il-każ tagħom.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Kultura

Aktar minn 100 kwadru ta’ arti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti tneħħew minn posthom minħabba l-moffa li żviluppat fil-binja. F’kummenti lil TVM, il-Kuratur tal-MUŻA, Kenneth Cassar, spjega li l-opri tal-arti tneħħew minn…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena mix-Xewkija li jaħdem fil-kafeterija tal-vapuri tal-Gozo Channel wieġeb mhux ħati li seraq €1,500 mill-basket ta’ mara li ħallietu warajha fuq mejda. Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni ppreżentat filmati tas-CCTV…

Aktar