Lokali
Il-Gvern iħabbar li minn April se tibda topera l-Qorti tal-Kummerċ

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici ħabbar li mix-xahar id-diehel ser jibda jaħdem il-Qorti tal-Kummerċ. Qal li dan se jsir bi qbil mal-ġudikatura u wara liġi li għaddiet mill-Parlament. Hu kien qed jindirizza l-avukati l-ġodda li ngħataw il-warrant biex jibdew jipprattikaw il-professjoni tagħhom.

156 avukat ġdid u ħames prokuraturi legali ngħataw il-warrant biex jibdew il-prattika professjonali tagħhom fil-qrati tal-ġustizzja. Fiċ-ċerimonja, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici fisser il-Qrati bħala l-hand break fuq l-eżekuttiv u appella lill-avukati l-ġodda sabiex ikunu leali lejn il-ġustizzja, lejn dak li huwa sewwa u lejn il-pajjiż filwaqt li ħeġġihom jieħdu parir bl-infanzja tal-professjoni tagħhom.

Il-Prim Imħallef Silvio Camilleri fakkarhom li l-warrant hu ċertifikat li huma affidabbli u għalhekk qal irid isir skrutinju tajjeb ta’ min jaspira li jidħol f’din il-professjoni. Qal li għemil ħażin u skorret ta’ avukat jista’ jwassal għar-rovina tan-nies. Wissa kontra r-regħba għal flus u appellalhom sabiex ikunu fuq quddiem nett biex jissalvagwardjaw is-saltna tad-dritt.

Kelma wkoll mingħand l-Avukat Ġenerali Peter Grech li ħeġġeġ biex jibqgħu jaġġornaw ruħhom mal-liġijiet.

Il-President tal-Kamra tal-Avukati, George Hyzler waqt li laqa’ lill-avukati l-ġodda spjega għaliex il-Kamra tal-Avukati oġġezzjonat li jingħata dan il-warrant lil żewġ avukati ġodda.

Aħbarijiet Oħra
Avjazzjoni

L-Air Malta ħatret bord ta’ inkjesta biex jinvestiga kumment allegatament miktub minn pilota tal-Air Malta fuq Facebook dwar ħsara teknika fuq ajruplan. TVM hu infurmat li l-ħaddiem ġie sospiż sakemm isiru…

Qorti

Michael Claude Nussbaum ammetta li kien qed iġorr arma tan-nar u munizzjon mingħajr liċenzja. Huwa ġie arrestat fl-Ajruport wara li nqabad b’pistola fil-bagalja tiegħu qabel ma qabad it-titjira lejn Franza….

Qorti

Amerikan u Messikan li ġew Malta biex jattendu għal tieġ ta’ seħibhom tilfu l-festin wara li ġew arrestati f’San Ġiljan. Eric Arata u Fernandez ġew akkużati li kisru l-paċi pubblika…

Aktar