Barranin
Il-Gvern Ingliż irid jipprojbixxi l-mowbajls fl-iskejjel biex l-istudenti ma jaqgħux lura

Il-Gvern Ingliż biħsiebu jipprojbixxi l-użu tal-mowbajls fl-iskejjel tar-Renju Unit bil-għan li l-istudenti jagħmlu aktar moħħhom hemm waqt il-ħin tal-iskola.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Ingliż, Gavin Williamson nieda konsultazzjoni pubblika li mistennija ttul sitt ġimgħat dwar l-imġiba tal-istudenti u d-dixxiplina fl-iskejjel. Williamson saħaq li l-użu bla rażan tal-mowbajls għandu effetti ħżiena fuq ir-rendiment skolastiku tal-istudent, fuq l-istil ta’ ħajja, kif ukoll fuq is-saħħa mentali tiegħu.

Intant, għadd ta’ għalliema u unions tal-għalliema mhumiex jaqblu ma’ Williamson. Diversi qed isostnu li l-Ministru tal-Edukazzjoni Ingliż qed iqajjem din il-kwistjoni biex jgħatti in-nuqqasijiet li fi kliemhom kellu l-Gvern Ingliż fil-qasam tal-edukazzjoni matul il-pandemija.