Lokali
“Il-Gvern irid jieqaf jilgħab bis-saħħa tan-nies” – Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Gvern qed jindirizza l-imxija tal-Coronavirus daqslikieku kollox business as usual anke fis-settur edukattiv.

Huwa qal dan meta kien qed jiltaqa’ mal-Union tal-Għalliema, l-MUT.

Fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista ntqal li din hija waħda minn sensiela ta’ laqgħat li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikollu ma’ unions u dawk kollha milquta mit-tixrid tal-coronavirus.

Dr Grech qal li l-Gvern inqabad fi stat ta’ paniku u jrid jieqaf jilgħab bis-saħħa tan-nies.