Lokali
Il-Gvern itenni l-impenn li jkompli bir-riformi li ssemmew fid-dibattitu tal-PE

B’reazzjoni għad-dibattitu, il-gvern tenna l-impenn tiegħu li jkompli bir-riformi fuq xi punti li tqajmu fid-dibattitu, kif ukoll li jagħti iżjed riżorsi lill-istituzzjonijiet biex ikunu iktar effettivi. Il-gvern qal fi stqarrija li flimkien mal-poplu Malti jingħaqad fil-kundanna għall-qtil tas-sinjura Caruana Galiza waqt li laqa’ b’sodisfazzjon li l-President tal-Kunsill tal-Ministri faħħar lill-gvern Malti għall-azzjonijiet li ħa wara l-qtil ta Daphne Caruana Galizia, inkluż l-involviment tal-Europol fost oħrajn.

Il-gvern Malti laqa’ wkoll il-kummenti tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans li stqarr li m’hemmx tħassib ġenerali li Malta mhix qed timxi mal-obbligi tagħha mat-trattati Ewropej waqt li sejjaħ lill-Parlamentari Ewropej biex ma jaslux għal konklużjonijiet mgħaġġla. Huwa rrimarka wkoll fuq l-impenn tal-gvern li jinqabad min kien responsabbli għall-qtil u radd ħajr lill-gvernijiet li qed jgħinu lill-Gvern Malti f’dan.

Fl-istqarrija l-Gvern tenna li jilqa’ kull investigazzjoni mill-istituzzjonijiet Ewropej f’Malta fir-rispett tas-sovranità u l-liġijiet tal-pajjiż. Qal li kien ikun aħjar li kieku d-dibattitu tal-lum sar wara li l-Parlament Ewropew bagħat delegazzjoni biex tara s-sitwazzjoni u l-fatti. Il-gvern qal li fid-dibattitu intqalu bosta affarijiet li mhumiex veriteri u l-mozzjoni li tressqet, fiha inezattezzi li jirriflettu li l-fatti ma ġewx verifikati b’mod indipendenti.

Il-gvern wera diżappunt għall-attakki li saru min xi Membri Parlamentari Ewropej fuq is-sistema tat-taxxa u l-programm taċ-ċittadinanza meta dawn huma konformi mar-regoli Ewropej. Il-gvern qal li għalkemm huwa ċar li l-vot ser ikun favur il-mozzjoni, huwa ser ikompli jiddefendi d-drittijiet sovrani tal-pajjiż skont it-trattati Ewropej u jkompli jinvolvu ruħu fid-djalogu kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Ir-Reġjun tat-Tramuntana, li jiġbor fih 12-il Kunsill Lokali, ta d-dettalji dwar il-Festival tal-Folklor Internazzjonali Malti. Dan il-festival, li se jiġi organizzat għall-ewwel darba bi spiża ta’ €200,000, ġie ffinanzjat mill-Fond…

Passatemp

F’inqas minn 15-il sena, il-logħob uffiċjali nfirex mil-lottu, is-Super 5 u l-lotterija nazzjonali għal diversi logħob ieħor marbut mhux biss man-numru iżda wkoll ma’ attivitajiet sportivi fost oħrajn. Għalkemm is-sensazzjoni…

Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Aktar