Politika
Il-Gvern ittappan b’kull mod possibbli u qed jibqa’ għaddej bil-korruzzjoni – il-Kap tal-PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fil-jum internazzjonali kontra l-korruzzjoni, ifakkar li f’Malta l-Gvern mhux biss ittappan b’kull mod possibbli, imma qed jibqa’ għaddej bil-korruzzjoni, proġett wara l-ieħor. Dr Delia qal li l-fatt li l-Prim Ministru Joseph Muscat joħroġ jgħid li hu kuntent bir-rapport tal-Awditur fuq il-powerstation il-ġdida, huwa garanzija li l-Gvern se jibqa’ għaddej bil-korruzzjoni.

Intervistat fuq NET FM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li dan il-Gvern ittappan bil-korruzzjoni b’kull mod possibbli. Huwa qal li issa anke qed jiċħad rapporti li juru din il-korruzzjoni. Qal li l-fatt li l-Gvern qed jgħid li r-rapport tal-Awditur dwar il-powerstation il-ġdida jagħtih ċertifikat tajjeb, hu garanzija li fi proġett wara l-ieħor, il-Gvern se jibqa’ għaddej bil-korruzzjoni. Dr Delia qal li dan ifisser li n-negozjanti f’Malta mhumiex trattati l-istess, u jekk ma jkollhomx l-għajnuna ta’ xi Ministru, jkunu ċittadini tat-tieni klassi. Qal li Gvern li suppost huwa tal-ħaddiema u l-vulnerabbli, qiegħed jitħanżer minn fuq dahar il-poplu.

Dwar il-mozzjoni parlamentari li l-Oppożizzjoni ressqet fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Kap Nazzjonalista qal li kull attakk ta’ vjolenza u qtil huwa kundannabbli, u meta jkun qtil ta’ ġurnalista jfisser li ġiet attakkata wkoll il-libertà tal-espressjoni u tal-libertà tal-ħsieb. Dr Delia qal li l-libertà tal-espressjoni hija wkoll li meta wieħed ikun fuq il-post tax-xogħol u jesprimi l-ideat tiegħu, ma ssirx inġustizzja miegħu. Huwa qal li dawn huma l-pedamenti ta’ soċjetà demokratika u qal li meta dan il-prinċipju jitrażżan ifisser li d-demokrazija hi mhedda.

Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex il-partit li jaħtaf il-postijiet mingħand in-nies, ma jabbużax mill-poter, ma jittrattax it-teżor tal-pajjiż daqslikieku huwa tiegħu u ma jbillx subgħajh fil-flus tan-nies. Tenna li l-Partit Nazzjonalista jrid jerġa jkun il-partit tan-nies.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Aftab Prince, Pakistani ta’ 37 sena wieġeb mhux ħati għall-akkuża li fit-12 ta’ Mejju li għadda stupra mara Pakistana f’aktar minn okkażjoni waħda. Huwa kien akkużat ukoll li dan wassal…

Kronaka

Katavru ta’ raġel ta’ 67 sena mill-Mosta nstab viċin Kemmuna. Kien ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.50pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar viċin is-Sikka ta’…

Qorti

Raġel ta’ 25 sena minn Wied il-Għajn tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar tad-droga kannabis u pussess tad-droga kokaina u li kellu armi fil-pussess tiegħu. Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, huwa wieġeb mhux…

Kronaka

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Marsa dalgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.40am fi Triq Antonio Doublet, il-Marsa. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta…

Aktar