Lokali
Il-Gvern jaċċetta proposta biex l-għadd ta’ embrijuni ffriżati f’kull ċiklu jkunu determinati bi qbil bejn min jagħmel l-IVF u t-tim multidixxiplinarju

Id-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne aċċetta proposta tad-Deputat Nazzjonalista Maria Fatima Deguara biex il-liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni tkun emendata biex l-għadd ta’ embrijuni ffriżati f’kull ċiklu jkunu determinati bi qbil bejn il-persuni li jagħmlu l-IVF u t-tim multidixxiplinarju taħt il-gwida tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, iżda f’kull każ ma jistgħux jiġu ffertilizzati aktar minn ħames embrijuni.

Dr Fearne ħabbar dan fil-kumitat Parlamentari għall-konsiderazzjoni tal-liġijiet. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Claudio Grech jgħid li l-Oppożizzjoni ma kinitx qed taqbel u riedet tara l-emenda.

Il-Ministru Fearne qal li dwar din l-emenda se jressaq il-protokoll li jirregola din il-proċedura għall-approvazzjoni tal-Kumitat Parlamentari tas-Saħħa.

Aktar qabel il-Kelliem għas-Saħħa tal-Oppożizzjoni Stephen Spiteri stqarr li huwa fatt mediku li s-suċċessi tal-IVF jiżdiedu bl-iffriżar tal-embrijuni. Huwa qal li jista’ jintlaħaq kompromess biż-żewġ naħat jassiguraw li l-embrijuni ffrizati ma jiġux esposti għall-periklu.

Il-Minsitru Fearne ressaq ukoll emenda ġdida li biha embrijuni ffriżati barra l-pajjiż ta’ persuni Maltin jinġiebu Malta biex jingħataw iċ-ċans li jsiru ħajjiet.

It-tabib Schembri Wismayer ġenetista u lettur fl-Università ta’ Malta spjega li r-rata ta’ suċċess fit-twelid bil-proċess tal-IVF niżel għal 20 minn 29% fl-aħħar sentejn minħabba li l-awtoritajiet mediċi qed jiltaqgħu ma’ każijiet aktar diffiċli ta’ nies li ma jistax ikollhom tfal.

Id-Deputat Fearne wieġeb li l-Gvern qed iressaq din il-liġi biex jgħin lil dawn il-koppji.

It-tabib Michael Axiaq qal li l-emendi dwar l-iffriżar tal-embrijuni jmorru kontra l-Kostituzzjoni minħabba li l-esperti mediċi jużaw l-aħjar embrijuni biex jiġu mpjantati fil-ġuf tal-omm waqt li dawk dgħajfa jiġu skartati b’mod li dan għandu jitqies ta’ theddida għall-ħajja.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) wissiet li Satabank p.l.c., li jopera mill-Aragon Business Centre f’San Ġiljan, ġie ordnat jieqaf jopera. Fi stqarrija l-MFSA qalet li l-bank ġie mitlub jieqaf jieħu…

Politika

Il-Partit Demokratiku ħabbar li n-nomina ta’ Martin Cauchi Inglott għall-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali ġiet aċċettata. Martin Cauchi Inglott serva bħala fizzjal veteran fl-iskwadra marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta għal 27…

Kronaka

Ġuvni ta’ 19-il sena weġġa’ gravi f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar fiż-żona industrijali ta’ Ħ’Attard. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ġuvni, li huwa mill-Gambja, weġġa’ meta…

Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għalqet il-proċess għall-għoti ta’ kuntratt b’valur ta’ €11-il miljun għall-iżvilupp tal-ewwel impjant tar-reverse osmosis f’Għawdex. Il-kuntratt intrebaħ mill-kumpanija Clean Water Technologies, ibbażata f’Iżrael, li wettqet proġetti relatati…

Aktar