Kronaka
Il-Gvern jaf jaħtar inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ DCG fit-3 xhur li ġejjin

F’konferenza dwar il-libertà tal-midja li saret f’Londra, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ta l-ewwel ħjiel li fit-tliet xhur li ġejjin ser issir l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan intlaqa’ tajjeb miż-żewġ partiti tal-Oppożizzjoni li iżda saħqu li din l-inkjesta għandha tkun ħielsa mill-influwenzi politiċi.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela indika li fit-tliet xhur li ġejjin il-Gvern jista’ jaħtar inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Carauana Galizia. Il-Ministru Abela indika dan meta ha sehem f’Konferenza f’Londra dwar il-libertà tal-istampa. Is-Sur Abela kien qed jitkellem dwar rapport tal-Kunsill tal-Ewropa li fost oħrajn talab lill-Gvern biex jaħtar din l-inkjesta pubblika fi żmien tliet xhur.

Aktar qabel, il-Ministru Abela tenna r-riżervi tal-Gvern fuq ir-rapport u qal li l-Gvern għandu parir legali biex l-inkjesta pubblika ma ssirx fl-istess waqt li tkun għaddejja l-inkjesta kriminali.

Fi stqarrija, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista jinnota li fl-aħħar il-Gvern sab ir-rieda sabiex jagħmel dak li jmissu għamel hekk kif inqatlet is-sinjura Caruana Galizia. Dr Delia żied jgħid li jistenna li issa jinħatar bord ta’ inkjesta li ma jkollu l-ebda tebgħa politika u li l-inkjesta ma tkunx waħda fażulla. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Bord għandu jkun indipendenti u imparzjali u sejjaħ biex il-ħatra tal-bord issir mill-Parlament sħiħ u mhux mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-Partit Demokratiku min-naħa tiegħu qal fi stqarrija li jilqa’ b’sodisfazzjon l-istqarrija mill-Ministru Abela li l-Gvern, fl-aħħar, se jniedi inkjesta pubblika dwar iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-assassinju tas-sinjura Caruana Galizia. Żied jgħid li huwa essenzjali li l-inkjesta pubblika tkun ħielsa minn influwenza u tingħata mandat kemm jista’ jkun wiesa’ biex tkun f’pożizzjoni li twassal għall-verità u ġustizzja.

U l-għaqda Repubblika MT fi stqarrija oħra sejħet lill-Gvern jamplifika immedjatament, formalment u dettaljatament ir-rimarki tal-Ministru Abela u li tinfetaħ inkjesta indipendenti u pubblika immedjatament.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar