Lokali
Il-Gvern jagħti €2.5 miljuni lill-Fondazzjoni Sebħ

Il-Ministeru għall-Familja laħaq ftehim ieħor ta’ sħubija soċjali din id-darba mal-Fondazzjoni Sebħ li fuq medda ta’ tliet snin ser tingħata mill-gvern kważi €2.5 miljun għas-servizzi li jingħataw f’erbat idjar tat-tfal.

Erbat idjar tat-tfal mmexxija mill-ordnijiet tal-knisja taħt il-Fondazzjoni Sebħ, jiġifieri Dar Sagra Familja, Dar Fra Diegu, Dar Santa Tereża, u St Francis, iffirmaw ftehim mal-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali. Il-ftehim jipprovdi biex fit-tliet snin li ġejjin, il-Fondazzjoni tingħata €2.5 miljun mill-Gvern biex tkompli bil-ħidma tagħha li tieħu ħsieb tfal li għal diversi raġunijiet ma jkunux jistgħu jgħixu mal-familji naturali tagħhom.

Id-Direttur tal-Fondazzjoni Sebħ, Andrew Azzopardi qal li b’dawn il-flus ikopru nofs l-ispejjeż f’dawn id-djar u renovar li qed isir f’dar f’B’Kara.

Andrew Azzopardi qal “dan huwa ftehim li jgħin lil dawn it-tfal, iktar sigurtà lill-fondazzjoni sebh biex nagħtu servizzi lil tfal li għandhom bżonn kura barra mill-familja”.

Swor Denise Vassallo li tieħu ħsieb il-programm ta’ kura għat-tfal f’Dar Sagra Familja saħqet li l-idea ta’ istitut illum għadda żmienha.

Sr Denise Vassallo qalet “naħseb il-kelma istitut irridu naqtugħa għax it’s a home, nippruvaw li they feel at home, u din hija d-dar tagħhom”.

Il-Ministru għall-Familja, Michael Falzon qal li dan huwa wieħed mill-ikbar ftehim ta’ public social partnership wara li l-budget għal dan l-għan żdied b’25%. Il-Ministru Falzon qal li l-ftehim sar għaliex il-Gvern irid jassigura li ebda tifel jew tifla ma jaqgħu lura. Huwa ħabbar li dil-ġimgħa se tiġi ppubblikata l-Liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal li fost oħrajn għandha l-għan li tindirizza l-bżonn li t-tfal u l-harsien tagħhom minn kull abbuż fiżiku u psikoloġiku.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn għada se tibda tiswijiet fis-sistema ta’ katusi f’qiegħ il-baħar li jintuża għar-rimi ta’ drenaġġ trattat mill-impjant ta’ Għawdex. Il-ħidma delikata li għandha tieħu madwar tliet ġimgħat…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Birkirkara. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Wied għall-ħabta tal-4.45pm. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-sewwieq, li jgħix il-Pietà, kien qed isuq…

Saħħa

F’Malta hawn madwar 7,000 persuna li għandhom id-demenzja, bl-istudji juru li l-għadd mistenni jiżdied għal mill-inqas 13,000 sal-2050. L-esperti jemmnu li din hija biss ix-xifer tal-istampa, minħabba li għadd ta’…

Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Aktar