Annimali
Il-Gvern jagħti €56,000 lil għaqdiet tal-annimali abbandunati

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijet tal-Annimali, Clint Camilleri, flimkien mas-Segretarju Parlametari għall-Għaqdiet, Clifton Grima, għaddew fondi lil numru ta’ għaqdiet mhux governattivi li jgħinu fl-addozzjonijiet tal-annimali, u jibqgħu jsegwu l-annimali anke wara li jiġu addottati.

Bejniethom il-ħdax-il għaqda rċevew ’il fuq minn €56,000 biex, fost oħrajn, ikunu jistgħu jikkuraw l-annimali li jiġu salvati mill-Animal Welfare.

Fost l-għaqdiet li rċevew il-fondi kien hemm l-għaqda Claws, Cat Society u l-Abandoned Animals Home.

Il-Perit Camilleri rringrazzja lill-għaqdiet għall-impenn kontinwu tagħhom għall-ħarsien tal-annimali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilbieraħ, il-President George Vella ħalla Malta għall-Polonja biex ikun jista’ jattendi għall-kommemorazzjoni ta’ meta l-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz-Birkenau nħeles minn taħt in-Nażisti. Dan hekk kif illum jaħbat il-75 sena mindu seħħ…

Kronaka

Raġel jinsab bi ġrieħi gravi wara argument fiż-Żebbuġ, Għawdex. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 23:50hrs fi Triq il-Port, fiż-Żebbuġ. L-argument seħħ bejn żewġ persuni; raġel barrani ta’ 39 sena residenti Ħaż…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 47 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà. Fi stqarrija ntqal li l-operazzjoni ta’ salvtaġġ seħħet ilbieraħ filgħodu bl-immigranti ddaħħlu Malta abbord lanċa tal-Forzi Armati, f’Xatt it-Tiben…

Aktar