Kultura
Il-Gvern jerġa’ jniedi fond għall-kmamar tan-nar

Il-Gvern reġa’ nieda l-fond annwali biex jgħin lill-kmamar tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja.

Kienu l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Josè Herrera u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall li nedew il-fond għal din is-sena.

B’kollox ġew allokati €170,000 b’kull fabbrika tan-nar tista’ tibbenefika minn għotja ta’ €5,000.

Biex jikkwalifikaw għal dan il-fond il-kmamar tan-nar iridu joħorġu b’ideat u proposti biex itejjbu l-infrastruttura tal-istess kmamar tan-nar.

Il-linji gwida dwar l-applikazzjonijiet jinsabu fuq is-sit www.artscouncil.mt bl-applikazzjonijiet jintlaqgħu sat-18 ta’ Ġunju.

Dawk li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jċemplu fuq 2334 7230 jew jibagħtu ittra elettronika lil [email protected]