Ekonomija u Finanzi
Eluf niżżlu l-vawċers b’mod elettroniku fi ftit sigħat

Il-Gvern ħabbar li fi ftit sigħat mindu tħabbret it-tieni rawnd ta’ vawċers tal-€100, kien hemm ammont kbir ta’ persuni li mill-ewwel bdew jaċċessaw is-sistema biex iniżżlu l-vawċer tagħhom.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ekonomija qal li bħalissa għaddej xogħol fuq is-sistema bil-għan li s-servizz jitħaffef.

Il-Ministeru żied jgħid li l-pubbliku huwa mħeġġeġ jibqa’ jniżżilhom minn għada, l-21 ta’ Mejju sal-Ġimgħa l-4 ta’ Ġunju.

Huwa qal li min ma jagħżilx li jniżżilhom b’mod diġitali se jirċievi l-vawċers stampati permezz tal-posta reġistrata mis-7 ta’ Ġunju.

Ara wkoll:

Il-PM jħabbar li mil-lum jistgħu jitniżżlu l-vawċers tal-€100