Lokali
Il-Gvern jgħid li jinsab determinat li jieħu azzjoni kontra attivitajiet relatati ma’ ħasil ta’ flus u finanzjament ta’ terroriżmu

Il-Gvern qal li jinsab determinat jippreveni, jintraċċa u jieħu azzjoni kontra attivitajiet relatati ma’ ħasil ta’ flus u finanzjament ta’ terroriżmu waqt li se jieħu nota u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li se jagħmel il-kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni tal-ħasil ta’ flus, Moneyval.

Il-Gvern waqt li nħass diżappuntat li rapport kunfidenzjali tal-Moneyval li għadu mhux finalizat ġie żvelat minn ġurnal lokali qabel m’għandu jiġi ppubblikat f’Settembru li ġej.

Il-Gvern Malti qal li se jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li ser isiru fir-rapport tal-Moneyval – il-kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni tal-ħasil ta’ flus. Żied uħud li wħud mir-rakkomandazzjoni diġà qed jitwettqu.

F’rapport fil-mezzi tax-xandir li l-Gvern qal li xxandar meta għadu ma ġiex ippubblikat uffiċjalment, intqal li l-kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa ta lill-Gvern Malti sena ċans biex jirregola ruħu fuq kontrolli kontra l-ħasil ta’ flus jew possibilment jiffaċċja riskju ta’ blacklisting.

L-iskrutinju fuq medda ta’ sena sar mill-Kumitat ta’ Esperti u Evalwazzjoni ta’ Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus li hu huwa responsabbli mill-iskrutinju tal-proċessi użati fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus f’47 pajjiż-membru tal-Kunsill tal-Ewropa u jirraporta direttament lill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa.

Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Finanzi qal li Malta hija impenjata li tipprevjeni, tintraċċa u tieħu passi kontra attivitajiet relatati ma’ ħasil ta’ flus u finanzjament tat-terroriżmu.

Il-Ministeru waqt li esprima d-diżappunt tiegħu li r-rapport ġie żvelat qabel intemm il-proċess formali, qal li l-Gvern se jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport tal-Moneyval u li se jiżdiedu ma’ għadd ta’ inizjattivi li diġa bdew jittieħdu bħala parti mill-istrateġija nazzjonali kontra l-hasil tal-flus.

Fi stqarrija oħra, il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco u Kristy Debono qalu li l-konsegwenzi tar-rapport huma serji ħafna fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji u sejħu lill-Gvern jiċċara x’passi se jieħu biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati fir-rapport. Qalu li wieħed mill-aktar fatturi inkwetanti hu l-kollass tal-istituzzjonijiet nazzjonali li suppost jiġġieldu l-ħasil tal-flus u li fi kliemhom fallew milli jaqdu dmirijietjom. Il-kelliema tal-Oppożizzjoni qalu li dan l-iżvilupp hu konferma oħra tar-rekord tal-Ministru Edward Scicluna li qalu li naqas milli jipproteġi s-settur tas-servizzi finanzjarji.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar