Lokali
Il-Gvern jgħid li l-President ma approvax l-għoti tal-proklama lil Vince Muscat

Il-Gvern qal li l-President fuq rakkomandazzjoni tal-Kabinett tal-Ministri ddeċieda li ma japprovax l-għoti tal-proklama kif mitluba minn Vince Muscat, wieħed mit-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia b’karozza bomba f’Ottubru tal-2017.

Fl-istqarrija tal-Gvern intqal li l-Kabinett mexa mal-parir tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Sorsi qalu liċ-ċentru tal-aħbarijiet li Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu kien qed jitlob maħfra presidenzjali biex jagħti informazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u reati kriminali serji oħrajn.