Infrastruttura
Il-Gvern jgħid li l-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex qed jitwettaq bir-reqqa, tirreaġixxi l-MDA

Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qal li l-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex qed jitwettaq bir-reqqa u bl-akbar attenzjoni u skont ir-regoli tal-ippjanar u l-ambjent ta’ Malta u tal-Unjoni Ewropea.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li filwaqt li jinnota t-tħassib riċenti ta’ għadd ta’ entitajiet dwar dan il-proġett li ilu jiġi ppjanat snin twal, il-Gvern jinnota li l-ħidma ta’ ppjanar u studji għal dan l-iżvilupp importanti għall-familji Għawdxin ilhom għaddejjin diversi snin. Spjega li l-istudji kollha meħtieġa, fosthom dawk tekniċi, ekonomiċi u ambjentali, saru jew qed jiġu ffinalizzati minn esperti indipendenti approvati mill-awtoritajiet konċernati u ser jiġu ppubblikati fiż-żmien li ġej bħala parti mill-proċess tad-determinazzjoni tal-permessi kollha meħtieġa biex ikun jista’ jibda t-tħaffir tal-mina.

Qal li fis-snin li għaddew, l-ippjanar tal-proġett kien jinkludi ħafna studji, fosthom social impact assessmentcost-benefit analysis u ħafna oħrajn. Dawn l-istudji qiesu fost oħrajn il-viabilità tal-proġett, l-impatti pożittivi u negattivi li jista’ jkollu fuq is-soċjetà, fuq l-ekonomija u oqsma oħra. L-environment impact assessment beda f’nofs is sena l-oħra u għandu jkollna eżitu preliminari fix-xhur li ġejjin.

Stqarr li dawn l-istudji ser ikunu l-bażi li fuqhom issir il-konsultazzjoni pubblika finali, u li skont ir-riżultati tagħhom l-awtoritajiet ser jieħdu d-deċiżjonijiet aħħarin dwar dan l-investiment infrastrutturali.

Temm jgħid li l-Gvern għandu mandat biex iwettaq dan il-proġett, li dwaru hemm qbil ukoll mill-Oppożizzjoni u għalhekk, ser ikompli għaddej bl-ippjanar tiegħu bl-akbar attenzjoni u bl-aktar mod metikoluż sabiex jiġi żgurat li jitwettaq bl-aktar mod sostenibbli.

Il-Malta Developers Association reġgħet tenniet il-pożizzjoni tagħha favur il-mina bejn iż-żewġ gżejjer. Hija qalet li tinsab sodisfatta bir-riżultati tal-istudji li saru, li taw riżultati pożittivi dwar il-mina. Qalet li tinnota li hawn entitajiet u għaqdiet mhux governattivi li qed jitolbu aktar studji, bil-għan li b’dawn l-istudji jiġi abbandunat il-proġett. Saħqet li l-istudji m’għandhomx isiru bil-għan li jagħtu riżultat negattiv.

Ara wkoll:

Nuqqas ta’ evidenza fuq il-mina bejn Malta u Għawdex – Kummissjoni Ambjent tal-Knisja

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar