Lokali
Il-Gvern jgħid li mhux minnu li żdiedu l-pagi tal-membri tal-Kabinett

Il-Gvern fi stqarrija ċaħad rapporti li xxandru fuq mezzi oħrajn tax-xandir u li anke ġew kwotati minn xi membri tal-Oppożizzjoni, dwar żidiet fil-pagi tal-membri tal-Kabinett.

Fl-istqarrija l-Gvern qal li dawn l-allegazzjoni huma għalkollox foloz. Żied jgħid li s-salarji tal-membri kollha tal-Kabinett għadhom eżatt l-istess kif kienu fl-2013.

Il-Gvern żied jispjega li l-awtur tar-rapport wasal għal konklużjoni żbaljata li s-salarji tas-Segretarju Parlamentari rdoppjaw meta qabbel il-pjagi ta’ nofs sena għall-2017 ma’ sena sħiħa fl-2018.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar