Lokali
Il-Gvern jgħid li nomina tal-PD għal membru kontra l-korruzzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata

Il-Gvern fi stqarrija qal li n-nomina tal-Partit Demokratiku għal membru tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata għaliex m’għandiex bażi legali skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta.

L-istqarrija tkompli tgħid li l-artikolu 3 (1) tal-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni jipprovdi li l-membri tal-Kummissjoni jridu jinħatru mill-President ta’ Malta li taġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Bħala prassi, kompliet tgħid l-istqarrija, il-Kap tal-Oppożizzjoni jinnomina persuna hu għal din il-Kummissjoni. Il-Gvern qal li qed jistenna n-nomina tal-Kap tal-Oppożizzjoni li naqas milli jinnomina din il-persuna.

Il-Gvern tenna li l-premessa tal-istqarrija tal-Partit Demokratiku li l-Gvern irrifjuta n-nomina tal-Partit Demokratiku hija żbaljata.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kamra tad-Deputati approvat it-tielet qari tal-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni b’34 vot u 27  voti kontra. Il-vot intlaqa’ b’ċapċip mill-membri tal-Gvern. L-abbozz issa jonqsu biss il-firma tal-President tar-Repubblika Marie-Louise…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Lokali

F’konferenza tal-aħbarijiet, siegħa qabel ttieħed il-vot fit-tielet qari biex tidħol il-liġi ġdida tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna li wasal il-waqt li l-politiċi ma jibqgħux jaħsbu…

Aktar