Lokali
Il-Gvern jgħin lid-djar tal-anzjani minħabba l-ispejjeż li daħlu għalihom waqt il-Coronavirus

Wara l-ispejjeż li daħlu fihom 40 dar residenzjali għall-anzjani kawża tal-pandemija, il-Gvern ħass li għandu jgħin lil dawn id-djar li għamlu ferm aktar milli kien rikjest minnhom biex jipproteġu lill-anzjani mill-imxija tal-Coronavirus. Il-Gvern alloka żewġ miljun ewro biex tingħata din l-għajnuna.

Biex jipproteġu t-tliett mitt anzjan mill-imxija tal-coronavirus, l-erbat idjar tal-Knisja għall-anzjani nefqu €3,000 kuljum għall-perjodu ta’ 5 ġimgħat bl-ispiża titla’ aktar minn elf ewro. Id-direttur tad-djar tal-Knisja Andre Vassallo Grant qal li ż-żieda fl-ispiża kienet l-aktar minħabba l-lockdown. “Konna 150 ruħ lockdown minn pajjiżi differenti. Konna qed norganizzawlhom it-trasport fis-7 ta’ filgħodu u fis-7 ta’ filgħaxija minħabba day shift u night shift. Tajniehom single rooms jew double rooms fejn jorqdu, tajniehom l-ikel. Kien hemm minn kull pajjiż mill-Filippini, mill-Indja, il-Pakistan, mill-Brażil, mill-Ungerija, Taljani u Maltin. Għexna 5 ġimgħat flimkien, jien inkluż flimkien mal-maniġers tad-djar.

Id-djar tal-Knisja huma fost 40 dar residenzjali għall-anzjani li bbenefikaw minn fond ta’ żewġ miljun ewro li ġew allokati mill-Gvern fil-pjan ta’ riġenerazzjoni biex itaffi l-ispejjeż tagħhom.

Il-Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li l-Gvern fehem kemm id-djar tal-anzjani daħlu għal spejjeż addizzjonali għalhekk ħoloq sistema li min nefaq l-aktar kien ikkompensat l-aktar. 22 residenza li implimentaw lockdown għall-ħaddiema qasmu bejnitehom €1.6 miljun filwaqt li 18-il dar oħra ngħataw €400,000 biex fost oħrajn jinżamm livell għoli ta’ iġene.

“Illum qed nirrikonoxxu l-ħidma kbira li saret fejn jidħol il-qasam tal-anzjani, li saret fid-djar tal-gvern, tal-knisja u tal-privat. Din il-miżura fejn qed jiġu investiti żewġ miljun ewro ser jiġu milquta 40 dar tal-anzjani. Settur importanti ta’ 5,600 anzjan, dover tagħna li l-anzjani intuhom l-aħjar.”

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li meta l-imsieħba soċjali jaħdmu flimkien ir-riżultati jkunu tajbin tant li Malta hija wieħed mill-ftit pajjizi li ma kellhomx imwiet fid-djar tal-anzjani.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musu qal li fi 22 dar fejn kien implimentat lockdown sħiħ jew parzjali jgħixu 3,053 persuna filwaqt li fi 18-il dar oħra hemm 1,434 u San Vincenz jgħixu 1,100 anzjan u anzjana.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar