Politika
AĠĠORNAT: Il-Pulizija tinvestiga fl-uffiċċji ta’ Jobsplus fuq l-impjieg ta’ Melvin Theuma

Wara dak żvelat fil-Qorti dwar l-impjieg ta’ Melvin Theuma bħala messaġġier u xufier f’kumpanija tal-gvern, li minnu ħa tliet xhur paga mingħajr qatt ma mar għax-xogħol, il-pulizija fetħet investigazzjoni fuq il-każ.

TVM huwa infurmat li fl-aħħar sigħat, il-pulizija marru jinvestigaw, fost oħrajn, fl-uffiċini ta’ Jobsplus, fejn hemm ir-rekords tal-impjieg tas-Sur Theuma, kif ukoll f’uffiċċju f’Għawdex, fejn isir il-back-office tal-kumpanija tal-gvern Housing Embellishment and Maintenance. Il-Pulizija anke tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija biex tistabilixxi l-fatti.

Sadanittant, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni ċaħad li lbieraħ ħareġ stqarrija skorretta kmieni waranofsinhar, meta qal li isem Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil Caruana Galizia, ma kienx fost l-impjegati tas-servizz pubbliku.

Fl-istqarrija tal-bieraħ ingħad li kienu għadu qed isir l-ivverifikar, u li kienu ntalbu r-rekords kollha tal-entitajiet tal-Gvern.

Illum l-istess Uffiċċju spjega li l-entitajiet tal-gvern  huma distinti mis-servizz pubbliku u għandhom proċessi differenti. Qal li l-entitajiet kollha governattivi bagħtu r-rekords tal-impjegati tagħhom kif mitlub, u hawn il-Ministeru għall-Familja għarraf li l-kumpanija tal-gvern Housing Embellishment and Maintenace Co Ltd kellha impjegat b’dak l-isem li ġie ngaġġat wara sejħa pubblika minn Jobsplus u wara proċess ta’ għażla f’April 2017.

Intqal li s-Sur Theuma beda l-impjieg tiegħu f’Mejju 2017 u l-aħħar paga li tħallas kienet dik għax-xahar ta’ Awwissu 2017 meta mbagħad twaqqaf minħabba li ma kienx qed jattendi għax-xogħol.

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni qal li lbieraħ stess fl-4.23pm din l-informazzjoni ġiet mgħoddija lill-pulizija.

Sadanittant, illum fil-Qorti Yorgen Fenech qal li allegatament l-impjieg kien ingħata lil Theuma bil-kundizzjoni li ma jidħolx għax-xogħol. Fenech huwa s-suspettat mandant tal-qtil, u llum kien qed jixhed fil-kawża kostituzzjonali biex l-Ispettur Keith Arnaud jitneħħa mill-investigazzjoni.

Ara wkoll:

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni jgħid li Theuma ma kellux impjieg mas-Servizz Pubbliku

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar