Immigrazzjoni
Id-dgħajjes li jaqsmu l-Mediterran iqanqlu battibekki ġodda bejn Malta u l-Italja

Il-Gvern Malti qal li n-numru ta’ dgħajjes li qed jaqsmu l-Baħar Mediterran u li saret referenza għalihom mid-Deputat Prim Ministru Taljan u Ministru għall-Intern Matteo Salvini, mhumiex każijiet ta’ tiftix u salvtaġġ.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li f’kull każ, l-awtoritajiet Maltin, japplikaw il-konvenzjonijiet. Żied jgħid li l-konvenzjonijiet ma jħallux lill-awtoritajiet jinterċettaw bilfors dgħajjes li ma jkunux fil-ġurisdizzjoni tal-pajjiż.

Qal li kwalunkwe ndħil ’il barra mit-territorju f’każ li ma tintalabx għajnuna jkun meqjus bħala illegalità. Il-Gvern irrefera għal tweet li għamel il-Ministru Salvini fejn ammetta li d-dgħajjes imsemmija mhumiex jaffaċċjaw diffikultajiet tul il-vjaġġ tagħhom.

Il-Gvern esprima tħassib dwar kif għal darb’oħra, l-awtoritajiet Taljani qed jirrikorru għal tattiċi irregolari biex jippruvaw jaħarbu mir-responsabiltajiet tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

It-tliet proġetti, li jinkludu t-tieni fażi tal-Marsa Junction Project fl-intersection taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, it-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun bypass u l-bini mill-ġdid ta’ partijiet minn Triq Diċembru 13 u l-parti ta’ fuq ta’ Triq Aldo Moro, qed jitlestew…

Kultura

Grupp ta’ 40 żgħażagħ u tfal mill-parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema s-Sibt se jtellgħu dramm għall-okkażjoni tal-festi taċ-ċentinarju ta’ din il-parroċċa. Dan id-dramm jirrakkonta l-istorja ta’ din il-parroċċa. Ġrajjiet imġedda…

Ġurnali

L-Orizzont Fl-ewwel paġna tal-Orizzont insibu ritratt b’rabta mal-54 anniversarju ta’ Malta Indipendenti. Insibu wkoll rapport dwar il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J Scicluna waqt il-quddiesa tal-Indipendenza fejn appella għal iktar solidarjetà f’pajjiżna…

Aktar