Lokali
Il-Gvern jiddiskuti mal-President is-sejħa tagħha dwar id-dibattitu fuq il-liġi tal-IVF

Waqt li komplew l-argumenti favur u kontra l-proposti tal-Gvern għall-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Gvern wera qbil mal-President Marie Louise Coleiro Preca li din id-diskussjoni għandha ssir b’mod seren, iżda tenna li r-riforma fil-liġi trid issir mingħajr dewmien għalkemm ir-riflessjoni dwarha tista’ tissokta fl-istadju tat-tieni qari u qabel tkun approvata mill-Parlament.

Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne f’laqgħa mal-President Marie Louise Coliero Preca ddiskuta s-sejħa li għamlet ilbieraħ dwar id-dibattitu li għaddej fuq il-liġi tal-IVF. Fi stqarrija qal li mid-diskussjoni ġie maqbul li hemm l-ispazju u l-opportunità għar-riflessjoni fuq il-liġi kemm fl-istadju tat-Tieni Qari u qabel it-Tielet Qari fil-Parlament, sabiex isiru aktar taħdidiet bejn il-partijiet interessati.

Il-Gvern qal li jilqa’ l-fehma tal-President illi l-atmosfera ideali għal dan id-dibattitu daqstant sensittiv għandu jkun wieħed seren u ‘l bogħod minn sens ta’ ostilità. Fl-istess waqt il-Gvern tenna l-impenn tiegħu illi jemenda l-liġi tal-IVF bla dewmien żejjed, anke skont il-mandat elettorali. Qal li dan ser isir anke wara li fil-leġislatura l-oħra u f’din il-leġislatura, il-Parlament permezz tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa kellu diskussjoni twila u profonda dwar l-IVF.

Mill-banda l-oħra, l-Azzjoni Kattolika waqt li iddikjarat li hija favur il-ħajja, qalet li d-diskussjoni speċjalment fuq il-midja soċjali qed tieħu ton ta’ ġlieda ta’ opinjonijiet b’tgħajjir u kliem li jweġġa’ lejn xulxin u lejn il-politiċi involuti fuq iż-żewġ naħat. L-azzjoni Kattolika qalet li hija kontradizzjoni illi waqt li nargumentaw favur il-ħajja fl-istess ħin qed noqtlu lil xulxin bi kliem iebes.

Ara wkoll:

Il-President toffri li tkun medjatur fuq il-kwistjoni tal-IVF

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Jekk kont qed issiefer u tagħżel li toqgħod f’Airbnb hemm ċans li se tara bosta tibdiliet dalwaqt.  Dan għax qed jinkisru bosta regoli Ewropej tal-konsumatur tant li l-Kummissjoni Ewropea talbet…

NGOs

Il-LifeCycle (Malta) Foundation qed tappoġġa b’mod finanzjarju soluzzjoni sofistikata ta’ software installata fit-Taqsima tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei. Imsejħa Traccia, is-software jgħin biex “iqabbel” u jiddetermina bi preċiżjoni għolja l-kompatibiltà tal-organu…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà meta kien qed jgħum fil-bajja ta’ Kemmuna. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.00 ta’ waranofsinhar fil-Blue Lagoon. TVM infurmat li r-raġel,…

Aktar