Politika
Il-Gvern jirreaġixxi għall-kummenti tal-PN dwar il-ħatra tal-President u tal-Prim Imħallef

Il-gvern fi stqarrija qal li jieħu nota ta’ dak li qalet l-Oppożizzjoni dwar il-ħatra tal-President ta’ Malta u tal-Prim Imħallef. Għall-ewwel darba fl-istorja kostituzzjonali ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru qed ineħħi l-poteri minn idejh fil-ħatra taż-żewġ karigi rispettivi.

Fl-istqarrija l-gvern qal li hu kommess li jwettaq riformi storiċi u bla preċedent li fi kwart ta’ seklu.

Il-gvern qal li sa mill-bidu ta’ dan il-proċess fittex il-konverġenza politika ma’ kulħadd. Fl-Abbozzi ta’ Liġi mressqa fil-Parlament u li ġew ippubblikati l-Ġimgħa 3 ta’ Lulju, il-gvern fassal mekkaniżmu sabiex il-liġi li tipprovdi għall-ħatriet imsemmija tkun effettiva.

Intqal ukoll li l-ewwel vot għandu jkun biż-żewġ terzi tal-voti parlamentari, u f’każ ta nuqqas ta’ qbil għandu jerġa’ jkun hemm vot bl-istess mod. Jekk it-tieni vot ma jġibx iż-żewġ terzi tal-voti parlamentari, il-gvern qal li introduċa dak li hu msejjaħ ‘anti-deadlock mechanism’, hekk kif maqbul mal-Kummissjoni Venezja.

B’konvinzjoni, il-gvern qal li jinsab impenjat li jintlaħaq qbil ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Kamra tad-Deputati f’dawn il-ħatriet. Dan, qal,  diġà sar mingħajr ebda qafas legali fil-ħatra tal-Prim Imħallef il-ġdid, Dr Mark Chetcuti.

Il-gvern jemmen li għandu jibqa’ għaddej b’dawn ir-riformi skont kif maqbul mal-Kummissjoni Venezja, u li ġabu t-tifħir tal-Kummissjoni Ewropea għax huma riformi li jemmen se jmexxuna ʼl quddiem għal istituzzjonijiet aktar b’saħħithom, b’rispett akbar lejn is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar