Lokali
Il-Gvern joffri l-assistenza lil dawk milquta mit-tiġrif tal-binja fil-Mellieħa

Il-Gvern qal li jinsab imħasseb bl-inċident tat-tiġrif tal-binja fil-Mellieħa u qal li offra l-assistenza lill-vittmi u se jkompli jgħinhom b’kull mezz possibbli.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li qed isegwi s-sitwazzjoni u jinvestiga l-każ. Saħaq li l-industrija tal-bini u l-professjonisti għandhom iħarsu l-obbligi tagħhom skont il-liġi. Spjega li dwar dan il-każ hemm inkjesta maġisterjali u li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Fakkar li għaddej il-proċess biex titwaqqaf l-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni bil-għan prinċipali li tikkonsolida u taġġorna l-liġijiet kollha f’dan is-settur. Qal li l-liġijiet preżenti huma ċari u anke r-responsabbiltajiet. Spjega li l-liġijiet il-ġodda se jġibu taħt kodiċi wieħed ir-responsabilitajiet li jirriflettu r-realtajiet ġodda f’dan il-qasam. Il-liġijiet il-ġodda se jinkludu wkoll id-drittijiet ta’ terzi fosthom dawk il-ġirien.

Ara wkoll:

ARA: Il-mument li ġiet salvata l-mara mill-binja li ġġarrfet

“Imxejt fuq is-sellum bil-mara fuq spallti għax bdiet tibża’” – il-pumpier li salvaha

Il-Qraba tal-mara li nqabdet fil-binja li ġġarrfet kienu fuq l-ajruplan jistennewh jitlaq

“Hemm responsabbiltajiet ċari f’każijiet bħal tal-binja tal-Mellieħa” – il-PM

 

“L-industrija tal-bini u tal-kostruzzjoni tinsab fi kriżi” – il-Kamra tal-Periti

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019: Fl-ewwel paġna ta’ Times of Malta insibu ritratt tas-sit fejn hu propost li jinbena kumpless ta’ garaxxijiet…

Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Aktar