Elezzjoni
Il-Gvern kasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba – il-PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti.

F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li ġranet biss qabel l-elezzjoni, il-Kunsill tal-Ewropa qal li jrid li ssir inkjesta fuq Malta minħabba l-aġir ħażin tal-Gvern li qal li ma jimpurtaħx, għax qed jagħmel ħazin, u jibqa għaddej. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru, li qal għandu wisq poter, qed juża l-poter biex jaħtaf iktar u jimmina l-istituzzjonijiet waqt li jġarraf il-pilastri li jagħmlu pajjiż demokratiku tal-punent. Żied li l-Kunsill tal-Ewropa irrimarka li dak li qed jiġri f’Malta mhux normali, tant li qed ipoġġi f’riskju l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Qal li dak li qal il-Kunsill tal-Ewropa tisimgħu d-dinja kollha, inkluż l-investituri li jistgħu jagħżlu li jmorru f’pajjiż ieħor minflok jiġu Malta. Kompla li waqt li l-azzjoni qed tittieħed kontra l-pajjiż kollu u mhux kontra individwi, il-Prim Ministru flok jiddefendi lill-Maltin u l-Għawdxin, għażel li jibqa’ jiddefendi lill-Ministru Konrad Mizzi u lill-Kap tal-uffiċju tiegħu Keith Schembri.

Qal li fis-snin li ġejjin, il-poplu Malti se jibda jsofri l-konsegwenzi tal-aġir ta’ dan il-Gvern. Dr Delia qal li dan mhux qed jgħidu biex ibeżża’ jew għax negattiv imma qed jgħid stat ta’ fatt.

Il-Kap Nazzjonalista qal li mill-Oppożizzjoni mhux biss jagħmel xogħol ta’ watchdog imma joħrorġ bi proposti wkoll. Semma li l-PN għandu 30 proposta għal dawk li qed jiġġieldu l-kanċer, 20 għal dawk li għadhom id-dijabete u 15-il proposta għal dawk li għandhom id-dislessija. Qal li dan b’differenza mill-partit Laburista li biegħ l-isptarijiet pubbliċi.

Dwar l-isport, qal li lbieraħ bil-paniku, il-Gvern ħabbar li se jagħmel investiment ta’ diversi miljuni f’dan il-qasam li huma fuq il-passi ta’ aktar minn 30 proposta li għamel il-PN. Qal iżda li lanqas biss stidinhom għat-tħabbira tal-invetsiment.

Il-Kap Nazzjonalista qal li għax Dr Muscat irid jitlaq, irid li Malta ma tibqax tiddeċiedi hi dwar it-taxxa, u dan itellef l-impiegi tal-Maltin f’investimenti serji li saru f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar