Ekonomija u Finanzi
Il-Gvern kellu surplus fil-finanzi iktar milli kien imbassar

Fl-evalwazzjoni tiegħu għar-rapport annwali tal-Ministeru tal-Finanzi, il-Kunsill Fiskali Konsultattiv innota li t-tkabbir nominali tal-Prodott Gross Domestiku għas-sena l-oħra kien ogħla mill-previżjonijiet li kienu saru f’Ottubru tal-2016 u f’April tal-2017. Il-Kunsill Konsultattiv innota li l-Gvern qed ikun kawt fl-istimi tiegħu.

L-ekonomista ewlieni tal-Kunsill Fiskali Konsultattiv, Malcom Bray, qal li waqt li l-Prodott Domestiku Gross għas-sena li għaddiet kien ogħla minn dak previst mill-Gvern. Dwar l-infiq tal-Gvern, qal li bejn l-2015 u l-2017, ma kien hemm l-ebda diskrepanza sinifikanti fit-tbassir tal-infiq.

L-ekonomista ewlieni – fil-Kunsill Fiskali Konsultattiv, Malcom Bray qal “2017 l-ekonomija kibret ferm iktar milli prevvist mill-Gvern, around 9.1% termini nominali waqt li l-previżjonijiet kienu ta’ tkabbir ta’ 6%. Raguni minnhom hi li l-Gvern dejjem jibqa’ kemm jista’ jkun kawt meta jagħmel il-previżjonijiet biex ma jkunx ottimist iż-żejjed. Aħna rajna dawn il-previżjonijiet u anke meta tħares matul is-snin jidher li huma ta’ kwalità tajba.”

Mistoqsi x’kienu r-raġunijiet li waslu biex il-Gvern kellu surplus fil-finanzi iktar milli kien imbassar, is-Sur Bray qal li dan kien dovut għal bosta fatturi fl-ekonomija “jekk inħarsu min-naħa tad-dħul, il-profitti tal-kumpaniji kienu ferm iktar milli mistennija, u s-suq tax-xogħol, iġġenera tkabbir fil-postijiet tax-xogħol iktar milli previst.”

L-ekonomista Bray qal li l-Kunsill innota li fl-aħħar snin, id-dħul tal-Gvern kien aktar minn dak li kien ibassar, kif ġara wkoll fl-infiq li kien aktar minn dak mistenni. Żied li madankollu, il-bilanċ fiskali qed jintlaħaq.

“Ir-rakkomdanzajoni tagħna hi li meta l-Gvern jalloka l-flus għall-affarijiet varji tiegħu jkun ċert li dawk il-flus huma biż-żejjed biex is-servizzi pubbliċi mistennija mill-Gvern ikunu ffundjati tajjeb, hemm il-flus diġà allokati” qal is-Sur Bray.

Dan l-eżerċizzju hu parti mix-xogħol ewlieni tal-Kunsill li twaqqaf fl-2015, skont qbil fl-Unjoni Ewropea bil-għan li l-pajjiżi membri jkollhom għassies fuq il-budgets tal-Gvern biex ma jergax jiġri kif ġara fil-Greċja li kienet f’xifer ta’ falliment li kieku ma daħlitx għaliha l-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar