Budget
“Il-Gvern lest jgħin fit-trasport pubbliku biex ikompli jitjieb is-servizz” – Ian Borg

Il-miżuri tal-baġit fil-qasam tat-trasport, l-infrastruttura u l-proġetti kapitali ġew elenkati mill-Ministru Ian Borg f’konferenza tal-aħbarjiet. Dr Borg qal li waqt li l-Gvern impenjat li jkompli itejjeb l-infrastruttura tat-toroq, qed jagħmel inizjattivi u miżuri oħra favur mezzi alternattivi ta’ trasport aktar nadif.

Il-Ministru tat-Trasport Ian Borg, qal li jekk ikun hemm bżonn, il-Gvern lest jgħin lill-operatur tat-trasport pubbliku biex is-servizz ikompli jitjieb.

F’konferenza tal-aħbarjiet bit-tema tal-baġit ‘Malta nkomplu nikbru flimkien’, Dr Borg qal li din is-sena 35,000 żagħżugħ u żagħżugħa ta’ bejn l-14 u l-20 sena qed jużaw it-trasport pubbliku mingħajr ħlas. Huwa qal li l-Gvern se jestendi l-miżura tal-Linja Card b’xejn għall-anzjani li għandhom iżjed minn 75 sena lil madwar 19,000 persuna.

Dr Borg qal li l-viżjoni tal-Gvern tmur lil hinn minn titjb fl-infrastruttura tat-toroq għaliex taħseb ukoll li jiġu inċentivati mezzi alternattivi tat-trasport fosthom it-trasport pubbliku bil-ferries.

“L-investiment li ser inkunu nkunu qed nagħmlu biex inżidu l-konnettività bil-baħar. Jekk jirnexxielna nidħlu lejn in-naħa tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, in-naħa ta’ Marsaxlokk, Birżebbuġa u Marsascala, jingħaqdu fis-suċċess li qed isir fil-Port il-Kbir u fil-Port ta’ Marsamxett. Nistgħu naraw ukoll bidla fil-kultura u aktar nies iħallu l-karozza d-dar jew saħansitra ma jixtrux il-karozza għax jivvjaġġaw b’mezzi alternattivi.”

Il-Ministru Borg qal li mhix fil-politika tal-Gvern li jagħmel taxxi biex il-pubbliku jnaqqas id-dipendenza fuq il-vettura privata.

Huwa qal li l-Gvern ser ikompli jeżenta ħlas ta’ taxxa tar-reġistrazzjoni fuq xiri ta’ karozzi elettriċi jew hybrid, jagħti għotjiet fuq roti u roti elettriċi, u ser jiġu estiżi l-iskemi ta’ skrappjar tal-karozzi.

Il-Ministru Borg qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni fit-tweġiba tiegħu għall-baġit ma kkritikax il-politika tal-Gvern fil-qasam tat-trasport u l-infrastruttura u ma ressaqx proposti dwar l-isfidi f’dawn is-setturi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler fl-ewwel rapport annwali tal-Uffiċċju tiegħu qal li sa Dicembru li għadda rċieva 29 ilment. Minnhom, sebgħa ma setgħux jiġu investigati għal diversi raġunijiet, fost…

Mużika

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta ħabbret sensiela ta’ kunċerti bit-tema Flimkien, fi djar u villaġġi għall-anzjani. Il-kunċerti li se jsiru kull nhar ta’ Ġimgħa filgħodu għandhom l-għan li jwasslu messaġġ pożittiv…

Sport

24 siegħa wara li l-Kunsill tal-MFA iddeċieda li jikkonferma lil Floriana FC bħala Champions tal-BOV Premier League 2019/20, l-eks President tal-MFA Norman Darmanin Demajo stqarr li “ħafna mid-deċiżjonijiet kienu inevitabbli”….

Aktar