Immigrazzjoni
Il-Gvern Libjan b’ittra ta’ ringrazzjament lil Malta għall-isforzi biex ma tħallix armi jaslu fil-Libja

Il-Gvern Libjan ilbieraħ bagħat ittra ta’ ringrazzjament lil Malta għall-isforzi biex ma tħallix armi jaslu fil-Libja. F’kummenti ma’ Television Malta il-Ministru tal-Affarijiet Ewropej u Barranin Evarist Bartolo qal li pressjoni fuq Malta minn forzi internazzjonali biex iddawwar wiċċha issir b’diversi modi.

L-impenn tal-Gvern Malti li jonora s-sanzjanoijiet u ma jħallix konsenji ta’ armi u flus jaslu lil fazzjonijiet li qed jiġġieldu kontra xulxin fil-Libja fi kliem il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qed turta diversi pajjiżi li jappoġġjaw naħa jew oħra fil-konflitt Libjan.

F’kitba fuq Facebook, il-Ministru Bartolo qal li qed isir pressjoni fuq Malta biex fost l-oħrajn tirilaxxa kunsinja ta’ kważi biljun euro f’dinari Libjani li ġew interċettati f’Malta f’Novembru li għadda u li allegatament kienu maħsuba Haftar.

“Hemm ħafna modi kif pajjiżi kbar jagħmlu pressjoni hemm min jagħmel pressjoni bi tbissima u hemm min jagħmel pressjoni bil-goff. Imma aħna l-importanti li nħarsu l-interessi tagħna u li aħna fi-ċokon tagħna ma nintużawx kontra pajjiżi oħra”.

Il-Ministru żvela ma’ TVM li l-Gvern Libjan bagħat ittra ta’ ringrazzjament lil Malta talli qed tgħarbel sew il-konsenji destinati lejn pajjiżu.

Dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, il-Minsitru Bartolo qal li dan f’dan ix-xahar biss il-gwardja tal-kosta Libjana waqfet 588 immigrant li salpaw mill-Libja. Il-Ministru Bartolo qal li ħafna mill-immigranti li ġew salvati anke minn Malta m’għandhomx dritt ghall-ażil.

“Meta fuq id-dgħajjes inti ssib nies mill-Marokk, Bangladexx u t-Tuneżija mhumiex nies li qed jaħarbu gwerra u persekuzzjoni.”

Intant Television Malta jista’ jiżvela li fl-2018, waqt li l-eks uffiċjal tal-Gvern Neville Gafa kien qed jattendi għal laqgħat informali fil-Libja, il-General Haftar kien bagħat militanti biex jaħtfuh minħabba r-rabtiet tiegħu mal-Gvern rikonexxut min-Nazzjonijiet Maqgħuda.

Sorsi infurmati qalu lil Television Malta li s-Sur Gafa irnexxilu jiżgiċċa bl-għajnuna tal-eks Prim Ministru Libjan Ahmed Maiteeq li kien bagħat il-forzi speċjali magħrufa bħala RADA li ffaċilitaw t-triq biex jiġu lura Malta minn Tuneż. Ikkuntatjat minn TVM is-Sur Gafa kkonferma l-inċident iżda qal li ma xtaqx jelabora.

Intant f’kawża li bħalissa qed tinstema’ fil-Qorti,in-negozjant James Fenech flimkien ma’ erba’ ħaddiema oħra tiegħu qed jiġu akkużati bi ksur ta’ sanzzjonijiet imposti fuq il-Libja. Dan wara li rapport tan-nazzjonijiet Magħquda żvela li kumpanija fl-Emirati Għarab Magħquda li tappoġġja lil Haftar ġiet provduta b’żewġ dgħajjes mill-kumpanija ta’ Fenech. Il-każ tan-negozjant Malti kompla jinstema’ fil-qorti fejn fost oħrajn ħareġ li l-bord tal-moniteraġġ tas-sanzjonijiet ma’ rċieva l-ebda talba għal-awtorizazzjoni biex il-kumpanija tiegħu tibgħat żewġ dgħajjes fil-Libja.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar