Lokali
Il-Gvern ma jeskludix li jiftaħ inkjesta oħra dwar il-qtil ta’ DCG – il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna li l-Gvern ma jeskludix jiftaħ inkjesta oħra dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia meta tiġi konkluża l-inkjesta mmexxija mill-Maġistrat inkwerenti. Dr Muscat kien qed jitkellem ma’ rappreżentanti ta’ ħames organizzazzjonijiet internazzjonali għal-libertà tal-istampa lejlet l-ewwel sena mill-qtil tal-ġurnalista li ngħaqdu fis-sejħa għal inkjesta pubblika biex ikun magħruf jekk il-qtil tagħha setax ġie evitat.

Lejlet l-ewwel sena mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ħames organizzazzjonijiet internazzjonali għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-libertà tal-istampa ngħaqdu f’dik li sejħu missjoni għal-libertà tal-espressjoni u f’laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat sejħu biex b’mod immedjat tinbeda inkjesta pubblika dwar jekk il-qtil tal-ġurnalista setax ġie evitat.

Ġurnalisti qalu ma’ TVM li ” we highlighted a number of measures we feel have contributed to a lack of trust in the investigation in Malta one of which is the fact that people who have some interest in the case have been involved in the investigation”.

Il-Prim Ministru saħaq li kif jitlestew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-inkjesta mill-Maġistrat inkwerenti, il-Gvern ma jeskludix li jiftaħ inkjesta pubblika dwar il-qtil tas-sinjura Caruana Galizia.

Fil-laqgħa l-organizzazzjonijiet sejħu għar-riżenja taċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef minħabba l-kummenti li għadda fuq is-Sinjura Caruana Galizia waqt li sejħu lill-Gvern jipproteġi l-mafkar spontanju f’ġieħha fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici saħaq li l-awtortiajiet lesti jikkunsidra l-applikazzjoni għal monument kif jiġri f’każijiet oħrajn.

Il-Minsitru Bonnici qal “aħna bħala Gvern assolutament m’għandna xejn kontra li jkun hemm applikazzjoni għal memorial ta’ Daphne Caruana Galizia u qed nappellaw li wieħed jimxi mal-liġi”.

Fi tmiem il-laqgħa ta’ siegħa u nofs mal-Prim Ministru f’Kastilja, il-ġurnalisti qalu li Dr Muscat kien frank magħhom u tawhom rendikont tal-ħidma li wettaq il-Gvern fil-ħarsien tal-libertà tal-espressjoni u l-istampa. Qalu li huma sodisfatti bl-andament tal-laqgħa iżda jistennew impenn akbar għall-ġustizzja u l-protezzjoni tal-ġurnalisti.

Il-ġurnalisti qalu “very positive attitude today of long conversation with us and encouraged us to continue the relation with the Government until justice is done”.

Id-delegazzjoni kienet tinkludi rappreżentanti tal-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti, iċ-Ċentru Ewropew għal-libertà tal-istampa u l-media, l-Istitut Internazzjonali tal-Istampa, PEN International u Reporters Without Borders.

 

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-Oppożizzjoni qalet fi stqarrija li se titlob lill-Kumitat Parlamentari għall-fondi pubbliċi biex jinvestiga b’urġenza l-għoti tal-hekk imsejħa “golden handshake” lill-uffiċjali biex jirriżenjaw mill-impjieg. Dan wara, fost oħrajn, il-protest ġudizzjarju li…

Turiżmu

L-ogħla numru ta’ passiġġieri li daħlu Malta f’sena abbord cruise-liner mistenni jintlaħaq din is-sena. Bi kważi disa’ mitt elf passiġġier, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, Stephen Xuereb, qal li l-2019…

Immigrazzjoni

Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja ġew diskussi fl-ogħla livell f’taħditiet f’Ruma bejn il-President George Vella u l-President Sergio Mattarella propju fl-istess ħin li fuq il-baħar kienet għaddejja kwistjoni oħra…

Kronaka

Raġel weġġa’ gravi f’inċident f’Marsaxlokk. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.00pm fi Triq Delimara. Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 36 sena li jgħix il-Kalkara kien qed…

Aktar