Immigrazzjoni
Il-Gvern Malti bi ftehim ma’ numru ta’ pajjiżi Ewropej biex jiġu rilokati 284 immigrant minn Malta

Il-Gvern Malti laħaq ftehim ma’ numru ta’ pajjiżi Ewropej biex ikunu rilokati 284 immigrant minn Malta li ħafna minnhom kienu nżammu fuq il-vapuri ‘l barra mill-ibħra territorjali Maltin. Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-40 jum li l-immigranti nżammu fuq dawn il-vapuri swiet €1.7 miljun u li għaddej b’taħditiet bil-għan li l-Unjoni Ewropea tkopri dawn l-ispejjeż b’fondi Ewropej.

Xahar eżatt mid-deċiżjoni tal-Gvern biex idaħħal f’Malta 1,600 immigrant li kienu qed jinżammu fuq numru ta’ vapuri ftit ‘il barra mill-ibħra territtorjali Maltin, tħabbar li ntlaħaq qbil sabiex 284 immigrant jiġu relokati f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

Fi stqarrija, il-Gvern ħabbar in-negozjati għar-rilokazzjoni b’koordinament mill-Kummissjoni Ewropea bdew meta l-portijiet Maltin ingħalqu matul il-perjodu ta’ emerġenza għas-saħħa pubblika.

Qal li minbarra dan, bdiet ħidma biex immigranti minn pajjiżi meqjusa bħala siguri jkollhom il-proċess tal-ażil tagħhom aċċelerat ħalli jekk ma jikkwalifikawx jintbagħtu lura pajjiżhom. Fosthom numru ta’ immigranti mill-Bangladesh u l-Marokk li mhumiex eliġġibli għall-ażil fl-Ewropa.

Il-Gvern ta rendikont tan-nefqa totali tal-operazzjoni abbord il-bastiment. Qal li b’kollox l-operazzjoni swiet €1.7 miljun. Din kienet tikkonsisti fi €3,000 kuljum għal bastimenti tal-Captain Morgan u €6,500 għal bastiment tas-Supreme Travel. Intqal li żewġ kumpaniji oħra kienu kkuntatjati iżda ma kinux interessati li jipprovdu s-servizz.

Il-provvisti u servizzi għall-immigranti swew €212, 646. Is-servizzi kienu provduti minn 33 kumpanija u negozji li pprovdew ikel u xorb, prodotti sanitarji fosthom swab tests u ħwejjeġ oħra. Waqt li l-kirjiet ta’ dgħajjes biex jitwasslu l-provvisti swew kważi €88,000. Miljun ewro oħra ntefqu f’servizz tas-sigurtà privat li kienu għassa mal-bastimenti 24 siegħa kuljum waqt li finalment l-iżbark sewa kważi €11,000.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li din l-operazzjoni kienet essenzjali f’mument straordinarju ta’ emerġenza ta’ saħħa pubblika u li kull deċiżjoni kienet fl-interess tas-saħħa tan-nies u l-interess nazzjonali. Qal li din l-inizjattiva kienet bżonnjuża għaliex kien hemm immigranti irregolari li waslu fi bnadi differenti fil-Mediterran li rriżultaw pożittivi għall-COVID-19. Qal li din l-operazzjoni kella sinifikat ġeo politiku għax twassal messaġġ lill-pajjiżi Ewropej u lill-komunità internazzjonali li Malta ma tistax titħalla waħeda sabiex taffaċċja din il-problema.

Il-Gvern qal li f’dan il-mument importanti fejn qed jiġi diskuss il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil, il-gvern jibqa’ kommess li r-rilokazzjoni tkun prinċipju ewlieni tal-politika Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għal ex drogat ta’ 52 sena, Dar Charles Miceli fil-Mosta mhux biss serviet ta’ rifuġju, iżda sakemm dam fiha biddlitlu ħajtu. Huwa qal li kemm-il darba kien waqa’ fil-vizzju tad-droga,…

Lokali

Waqt li l-emissjonijiet li jniġġsu l-arja mill-vetturi naqsu waqt il-pandemija, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ħruġ ta’ gassijiet tossiċi mill-vapuri li jbaħħru madwar il-gżejjer Maltin. Minn riċerka xjentifika li għamel il-Professur Ray…

COVID-19

Biex titneħħa kull traċċa possibli tal-Coronavirus, fil-ħemda tal-lejl, Transport Malta qed jiffumigaw il-karozzi tal-linja li jintużaw waqt is-servizz tat-trasport pubbliku matul il-ġurnata. Dan qed isir kuljum biex tonqos il-probabiltà li…

COVID-19

B’effett mil-lum ir-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-massa ġew estiżi għall-bars, il-klabbs u d-diskoteki. Wara li aktar minn 40 każ attivi tal-COVID-19 f’Malta huma marbuta mal-mekka tad-divertiment f’Paceville, issa permezz tal-Avviż Legali…

Aktar