Unjoni Ewropea
Il-Gvern Malti jinnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Ġustizzja qal li t-tliet kandidati, li l-għażla tagħhom saret wara sejħa pubblika, huma l-Avukat Dr Victoria Buttiġieġ, l-Imħallef Abigail Lofaro u l-Imħallef Lorraine Schembri Orland.

Abbażi ta’ dawn in-nomini tal-Gvern Malti, jibda proċess minn entitajiet konċernati biex l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa taħtar l-Imħallef Malti għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-kandidat li jkun kiseb maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa mill-membri tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa jiġi ddikjarat elett bħala l-Imħallef Malti f’din il-Qorti.

Ir-riżultati tal-elezzjoni jitħabbru b’mod pubbliku mill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

Il-Gvern irringrazzja lill-Imħallef Vincent De Gaetano għas-servizz u għax-xogħol siewi tiegħu fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fi Strasburgu.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar