Lokali
Il-Gvern Malti jirribatti lill-Italja – Malta tibqa’ responsabbli għall-SAR tagħha

Żvolta oħra fil-kwistjoni bejn Malta u l-Italja dwar l-immigrazzjoni fil-Mediterran.

Il-Gvern Malti wieġeb għal dikjarazzjoni tal-Ministru Taljan Danilo Toninelli li qal li Malta m’għandhiex il-ħila tieħu ħsieb iż-Żona ta’ Tiftix u Salvataġġ tagħha u f’dan il-każ l-Italja lesta teħodha taħt il-kontroll tagħha.

Il-Gvern Malti fi stqarrija qal li dikjarazzjoni bħal din m’għandha l-ebda bażi legali u politika u turi li l-Ministru Taljan huwa infurmat ħażin jew inkella jrid jaqla’ kontroversja għalxejn. Fl-istqarrija l-Gvern Malti qal li qed jinterpreta l-kummenti tal-Ministru Taljan bħala attentat bla bażi u frivolu biex tintrifes is-sovranità ta’ pajjiż ġar.

Il-Gvern qal li Malta tonora l-obbligi kollha tagħha inkluż dawk dwar iż-Zona ta’ Tiftix u Salvataġġ. Fl-aħħar snin Malta investiet il-miljuni tal-ewro biex ittejjeb l-apparat li biex tikkordina dak kollu li jiġri f’din iż-żona. Il-Gvern insista li Malta qatt ma injorat każ wieħed li seħħ fiż-żona li hija responsabbli minnha filwaqt li ċċara li ma jirċievi l-ebda fondi biex jikkontrolla u jieħu ħsieb iż-Żona ta’ Tiftix u Salvataġġ kif allega il-Ministru Taljan.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Marlene Schranz ta’ 75 sena kellha parti ċentrali f’film bi storja traġika, tant li ħasbitha darbtejn taċċettax jew le, li taħdem il-parti ta’ mara anzjana li qed tmut kawża ta’…

Lokali

Restawrata l-kolonna li ma kinitx fid-disinn oriġinali tat-Tritoni. Se titpoġġa fi ġnien f’Tas-Sliema b’tifkira tal-artist Ċensu Apap. Ġnien George Bonello du Puis f’Tas-Sliema se jilqa’ l-kolonna li għal aktar minn…

Lokali

It-tindif u l-manutenzjoni fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar se jingħata spinta fix-xahrejn tas-sajf bis-saħħa ta’ ftehim bejn il-kunsill lokali u d-direttorat tat-tindif u l-manutenzjoni. Il-Gvern se jħallas nofs l-ispiża għas-servizz…

Lokali

Matul is-sena li għaddiet kien hemm total ta’ 728,470 immigrant li applikaw għall-kenn f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, tnaqqis ta’ 44% meta mqabbel mal-2016. Skont ir-rapport annwali tal-aġenzija tal-Unjoni Ewropea EASO, kuntrarju…

Aktar