Immigrazzjoni
Il-Gvern Malti jirribatti lill-PM Taljan li sostna li d-Diciotti kellu jaqa’ f’idejn il-Maltin

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, f’seduta parlamentari qal li l-każ tad-Diciotti kellu jkun f’idejn l-awtoritajiet Maltin u mhux Taljani.

Filwaqt li qal li l-intervent tal-awtoritajiet Taljan salva bosta ħajjiet, mil-lum il-quddiem, il-pajjiż mhux se jibqa’ aktar disponibbli biex jilqa’ indiskriminatament l-immigranti.

Il-Gvern Malti wieġeb lura fi stqarrija fejn qal li l-kummenti ta’ Conti kienu impreċiżi.

Mill-ġdid, il-Gvern Malti stqarr li fil-każ tal-vapur Diciotti, il-gvern Taljan kellu jerfa’ r-responsabbiltà kollha f’dak li għandu x’jaqsam mal-obbligi internazzjonali u l-liġi tal-UE.

Il-Gvern Malta reġa’ ta l-fatti kollha tal-każ u qal li skont il-ligi internazzjonali u l-ligijiet tal-Unjoni Ewropea, ir-responsabbiltà kienet tal-gvern taljan meta l-vapur Diciotti gabar l-immigranti. Il-Gvern Malti qal li l-Italja ddeċidiet li Lampedusa mhix port sikur fejn jitniżżlu l-immigranti u trid issib port alternattiv fit-territorju tagħha.

Minkejja dak li qal Conte fil-parlament, l-istqarrija żiedet tgħid li Malta offriet l-għajnuna tagħha li ġiet irrifjutata. Minkejja li Malta sabitha diffiċli tinterċetta l-vapur, xorta waħda baqa’ jiġi osservat mill-viċin.

Il-Gvern Malti tenna jgħid li filwaqt li għandha tkompli l-koperazzjoni internazzjonali għandhom jieqfu minnufih id-dikjarazzjonijiet foloz.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Jekk hemm aspett li jispikka fuq oħrajn fil-ġrajja tal-mewt ta’ Ġesà hi t-tbatija. Il-knisja parrokkjali tal-Fontana, f’Għawdex, għandha statwa ġdida li tirrappreżenta mument partikulari ta’ tbatija: il-flaġellazzjoni, b’Ġesù marbut ma’…

Teknoloġija

Tnieda fond ta’ żewġ miljun ewro ta’ GO Ventures, immirat lejn kumpaniji żgħar fil-qasam tat-teknoloġija. Fit-tnedija tal-fond, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li biex Malta tibqa’ fuq quddiem tar-rivoluzzjoni diġitali…

Stejjer Umani

Irġiel u nisa b’diżabbiltà llejla ġeddew mument mill-Aħħar Ikla ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu. Hekk kif il-Knisja Kattolika tat bidu għat-Tridu tal-Għid, iċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-lejla fil-parroċċi tfakkar it-twaqqif tal-Ewkaristija u tinkludi…

Kronaka

Persuna ta’ 63 sena mir-Rumanija ġiet rikoverata wara li ttajret fil-Gżira. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Gżira għall-ħabta tal-5.30 pm. Mill-ewwel stħarriġ ħareġ li l-persuna ntlaqtet minn…

Aktar