Lokali
Il-Gvern Malti jlaqqa’ l-linji tal-ajru fi Brussell biex jiddiskutu t-tnaqqis fl-emissjonijiet

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, ltaqa mal-linji tal-ajru fi Brussell, biex flimkien jiddiskutu t-tnaqqis fl-emissjonijiet.

Dan wara li disa’ pajjiżi Ewropej ipproponew taxxa ġdida għall-emissjonijiet mill-ajruplani. Aħbar li ntlaqgħet b’diżappunt mil-linji tal-ajru madwar l-Ewropa, li rrimarkaw li apparti li diġà jħallsu ħafna taxxi, iktar taxxi mhumiex se jwasslu biex dawn inaqqsu l-emissjonijiet, iżda sempliċiment biex jitħallsu iktar flejjes f’taxxi.

B’hekk, f’laqgħa fi Brussell organizzata mill-Gvern Malti u mill-‘Airlines for Europe’, ġew diskussi metodi oħra kif fattwalment jistgħu jitnaqqsu l-emissjonijiet. Il-Ministru Mizzi tkellem dwar l-importanza li l-linji tal-ajru jeqilbu għal ajruplani iktar moderni u li jniġġżu inqas, kif qiegħed isir fl-Air Malta, li sa’ ftit tal-ġimgħat ilu ġabet żewġ ajruplani ġodda tat-tip A320-neo. Dawn fil-fatt iniġġżu madwar 20% inqas, u jaħlu ferm inqas fjuwil.

Minn naħa tagħha, il-Malta Air, il-kumpanija tar-Ryan Air f’pajjiżna, ukoll se tkun qiegħda tibdel l-ajruplani kollha tagħha għal oħrajn aktar moderni.

Spjega kif dawn huma miżuri importanti għall-pajjiżna, hekk kif Malta irreġistrat żieda ta’ 74% fit-traffiku tal-ajru mill-2012 ‘l hawn, hekk kif il-konnessjonijiet minn pajjiżna komplew jiżdiedu sena wara l-oħra. Huma importanti wkoll hekk kif Malta tiddependi ferm mill-konnettivitià tal-ajru. Huwa għalhekk, qal il-Ministru Mizzi, għalfejn Malta trid tassikura s-sosotennibilità tas-settur mingħajr ma’ timmina t-tkabbir ekonomiku li qed jirreġistra pajjiżna.

Waqt l-istess laqgħa, l-linji tal-ajru esprimew it-tħassib tagħhom għall-proposta li qed issir minn disa’ pajjiżi, dik li ssir taxxa ġdida fuq l-avjazzjoni. Il-Ministru spjega li hemm metodi ferm aħjar biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, u li ma jinvolvu ebda taxxa ġdida. “Bħala Ministeru nemmnu li jekk ikollna aktar kordinazzjoni ewropea bejn l-aġenziji tal-kontrol tat-traffiku tal-ajru innaqqsu iżjed l-emissjonijiet. Nemmnu wkoll li hemm bżonn ta’ aktar użu ta’ fjuwil environmentally friendly fl-avjazzjoni,” qal il-Ministru Mizzi waqt li kien qed jindirizza l-laqgħa.

Tkellem ukoll fl-isfond ta’ dak li  qed tagħmel Malta mill-aspett ta’  Climate Friendly Travel,  fejn flimkien ma’ SunX, Malta ser tkun qed taħdem mal-imsieħba soċjali fis-setturi tal-ivjaġġar u t-turiżmu biex tipproponi u jiġu implimentati miżuri favur it-tibdil fil-klima. Dan se jippermetti lill-industrija turistika tkun proattiva biex tasal għal soluzzjonijiet prattiċi li jnaqqsu il-carbon footprint tagħhom. Fost il-miżuri li qiegħdin jittiħedu, bħalissa għaddejja ħidma fuq sistema  b’teknoloġija ta’ blockchain, li tipermetti kumpaniji globali u organizazzjonijiet lokali jkejlu l-carbon footprint waqt l-ivjaġġar tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-industrija tat-turiżmu evolviet minn waħda msejsa fuq l-għoti tas-servizzi bażiċi għat-tkattir tal-industrija b’aċċenn fuq il-kwalità. Waqt li inawgurat is-seminar tar-rivista speċjalizzata tal-ospitalità Horeca…

Lokali

Xogħol grupp ta’ ħaddiema ta’ entità governattiva hu f’ambjent mistkerraħ minn ħafna . . . taħt l-art . . . fis-sistemi minn fejn jgħaddi d-drenaġġ tar-residenzi u l-industrija. Dan l-ambjent…

Lokali

L-ex Chairman tal-Aworità għas-Servizzi Finanzjarji, il-Professur Joe Bannister, xehed quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Professur Bannister qal fi snin li għamel bħala Chairman tal-MFSA qatt ma…

Aktar