Barranin
Il-gvern Messikan jipprova jwaqqaf lill-immigranti milli jidħlu fl-Istati Uniti

Il-Messiku bagħat madwar sitt elef aġent tas-sigurtà fuq il-fruntiera mal-Guatemala bit-tama li jwaqqaf lill-immigranti milli jaqbdu triqthom lejn l-Istati Uniti.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Messikan, Marcelo Ebrard ha din il-miżura wara li l-Gvern Amerikan qal li ser jimponi taraffi. Il-President Donald Trump qal lit-tariffi ser jidħlu fis-seħħ minn nhar it-Tnejn u ser jibdew b’5 fil-mija. Huwa qal li dawn ser jiżdiedu bil-mod il-mod.