Politika
Il-Gvern qal li dis-sena twettqu 74% mill-miżuri tal-baġit

Ġimgħa qabel il-preżentazzjoni tal-budget tas-sena d-dieħla, is-Segretarju Prinċipali Permanenti, Mario Cutajar, qal li dis-sena diġà twettqu 74 fil-mija tal-miżuri tal-budget. Huwa qal li din ir-rata tqarreb il-medja għal dawn l-aħħar sitt snin, biex b’kollox se jkunu twettqu elf tliet mija u ħamsin proposta bejn l-2013 u l-2019.

Is-Sur Cutajar ippreżenta r-rapport imsejjaħ “It-Twettiq tal-Budget, 2019” li jagħti rendikont tal-mizuri li twettqu u oħrajn li għadhom fi stadju li jsiru. Is-sur Cutajar qal li din is-sena twettqu mitejn u tmien proposti.

Intqal li fost il-mizuri li twettqu u li għamlu d-differenza fil-ħajja tan-nies hemm il-ħelsien mit-taxxi għat-trasferiment ta’ negozji mill-ġenituri għat-tfal, iż-żieda fis-sussidji tal-kera għal familji li jifilħu jħallsu l-inqas, it-trasport b’xejn li minnu qed igawdu xi 34,000 student, u dħul b’xejn għall-istudenti f’siti storiċi.

Is-sur Cutajar spjega li l-budget m’huwiex biss eżerċizzju fiskali iżda jikkonsisti fit-tfassil u t-twettiq ta’ policies mill-ministeri u d-dipartiment tal-gvern. “Jiġifieri l-budget m’ huwiex biss xi ħaġa fiskali, iżda hija policy u hija prijoritajiet.”

Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, qal li dar-rendikont jixhed kontabniltà u trasparenza, u stil ġdid ta’ tmexxija. Saħaq li mhux dak li twiegħed jgħodd, iżda dak li jiġi jimplimentat.

Il-Professur Scicluna qal li s-sitta u għoxrin fil-mija tal-proposti li għadhom ma twettqux m’humiex se jitwarrbu. “Il-proġetti tal-gvern m’humiex ‘one size fits all.’ Qegħdin ġo kaxxa li tibda f’Jannar u tispiċċa f’Novembru, il-ħajja m’hijiex hekk hemm ħafna proġetti li għadhom għaddejjin li jispiċċaw f’Marzu jew f’Mejju, imbagħad jiġu rrappurtati, din id-darba kellna 54 miżura li twettqu minn budgets oħrajn.

Bi stennija għad-diskors tal-budget ta’ bħal-lum ġimgħa, il-Ministru Scicluna qal li Malta tinsab f’pożizzjoni b’saħħitha ekonomikament u fiskalment, għalkemm tieħu l-prekawzjonjiet biex tilqa’ għal fatturi internazzjonali li jistgħu jostakolaw l-ekonomija, bħal m’huma l-Brexit u l-protezzjoni kummerċjali, kif ukoll ir-ritmu kajman fl-ekonomiji ewlenin.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Studju xjentifiku dwar it-tniġġis tal-arja li ġie ppubblikat f’rivisti internazzjonali, jikkalkula l-effetti fit-tul ta’ dan it-tniġġis fuq saħħet il-bniedem. B’mod ġenerali l-istudju juri tnaqqis fl-elementi fini ta’ tniġġis mal-pajjiż iżda…

Immigrazzjoni

Il-pressjoni tal-immigrazzjoni irregolari mil-Libja lejn ix-xtut Ewropej kompliet żdiedet minħabba l-pandemija li qed twassal biex bosta ħaddiema fil-Libja li ma jikkwalifikawx għall-ażil qed jittantaw xortihom jaqsmu l-baħar. Ċifri li għandu…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Edukazzjoni li jħarreġ persuni biex isiru għalliema, qed isib diffikultà biex joffri l-kors tal-Malti għal dawk li jixtiequ jgħallmu s-suġġett. Il-Kap tal-Istitut Joanne Grima stqarret li l-Istitut għadu ma…

Ħatriet

It-twettiq ta’ ppjanar aħjar favur l-futur ta’ żvilupp sostenibbli tal-pajjiż ser ikun iffukat fuq l-integrazzjoni ta’ tliet pilastri ewlenin – l-ekonomija, l-ambjent u l-qasam soċjali. Dan ġie mħabbar mill-Ministru fl-Uffiċċju…

Aktar