Ambjent
Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’ liġi se jkun lest sa Jannar. Intervistat f’Dissett Dr Herrera esprima riservi personali dwar it-trakka tal-karozzi u qal li beħsiebu jagħti aktar saħħa lill-Awtorità tal-Ambjent.

Il-Gvern qiegħed jaħseb biex b’liġi ġdida jżid is-saħħa lir-rakkomandazzjonijiet li tagħmel l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi fuq proposti għal proġetti ta’ żvilupp. Il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera qal l-abbozz ta’ liġi qiegħed jitħejja minn avukat, mil-Professur Alex Torpiano u minn kumitat tekniku.

“Jien intenzjonat inżid is-saħħa tal-ERA fis-sens, illi meta l-ERA, tirrakomanda kunsidierazzjonijeit ambjentali, ma tkunx biss rakomandazzjoni, imma tkun impożizzjoni.”

Mistoqsi fil-programm DISSETT x’sar minnha l-wegħda elettorali li jkun hawn Qorti tal-Ambjent, il-Ministru Herrera qal li din ser titwettaq bħala għodda biex tgħin fl-infurzar.

Sa Jannar l-avukati wegħduni li ser ikolli l-abbozz lest, ser nikrea organu ġudizzjarju, presedut minn imħallef imbagħad Qorti kriminali preseduta minn Maġistrat. Ser ikollna Qorti tal-ambjent li suppost ser iġib l-għira ta’ pajjiżi oħra biex nemanċipaw u nagħtu d-drittijiet liċ-ċittadin, jinforza l-aspetti ambjentali.

Mistoqsi dwar il-bini barra ż-żoni tal-iżvilupp, il-Ministru Herrera wera l-fehma li l-politika dwar l-ODZ għandha tinbidel mill-qiegħ u qal li bejn aktar għoli u żvilupp fuq art ODZ jippreferi li jgħolli. F’dan l-isfond, il-Ministru Herrera ġie mistoqsi kif jaħsibha dwar il-wegħda tat-trakka għat-tlielaq tal-karozzi li biex issir teħtieġ medda mdaqqsa ta’ art.

“Jien għandi riservi, irrid nara l-pjanijiet, irrid nara kif ser isir, pero jien personalment mhux qed nghid iva jew le.”

Il-Ministru qal li l-iskema ta’ riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik għandha tidħol fis-seħħ sa tmiem din is-sena bl-istallazzjoni ta’ numru ta’ magni.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 34 sena, li joqgħod il-Fgura, weġġa’ gravi waqt li kien qed isuq ir-rota. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jirriżulta li ċ-ċiklist kellu mpatt ma’ bollard u ġarrab xi ġrieħi. Huwa…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien ġie arrestat il-lejl li għadda dwar serqa minn lukanda f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tal-11:30 p.m. irċeviet rapport minn ħaddiema ta’…

Politika

B’reazzjoni għall-istqarrija tad-deputati Nazzjonalisti li rrefera għalihom bħala li sal-lum mhux magħrufa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sottomissjonijiet legali diġà saru minnu stess mal-President ta’ Malta…

Aktar