COVID-19
‘Il-Gvern qed jagħmel dak kollu possibbli biex l-iskejjel jinfetħu f’Settembru’

Mistoqsi dwar l-iskejjel fl-isfond tal-COVID-19 f’Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għadu kmieni biex jagħti risposta biex jgħid hux se jinfetħu. Madankollu huwa qal li l-għan tal-Gvern huwa li l-iskejjel jinfetħu f’Settembru.

Spjega li l-Gvern qed jagħmel dak kollu possibbli biex jinfetħu għax jagħraf kemm huma importanti l-iskejjel. Qal li l-iskejjel huma essenzjali kemm għat-tagħlim tat-tfal kif ukoll għall-ekonomija kemm preżenti kif ukoll tal-ġejieni.

Qal li jagħrfu l-importanza li l-ġenituri jkunu jistgħu jmorru għax-xogħol. Temm jgħid li qed iħarsu lejn l-affarijiet sabiex f’Settembru jkunu f’pożizzjoni li jinfetħu l-iskejjel.

Ara wkoll:

Il-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru f’aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa mal-MCESD

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar