Lokali
Il-kwalità tal-ħajja se tkun ċentrali fil-viżjoni ambjentali sal-2050

Il-pjan strateġiku għall-iżvilupp u l-ippjanar li fuqu l-bordijiet tal-ippjanar jieħdu d-deċiżjonijiet se jiġi rivedut bi proċess ta’ konsultazzjoni li beda llum u li se jinkludi wkoll ir-reviżjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-ambjent għat-tletin sena li ġejjin.

Il-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia qal li hemm qbil bejn l-imsieħba kollha fost l-awtoritajiet konċernati li d-deċiżjonijiet relatati mal-iżvilupp ma jibqgħux jiġu deċiżi fuq il-benefiċċji ekonomiċi biss iżda fuq l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja.

L-Istrateġija Nazzjonali għall-Ambjent sal-2050 u l-pjan strateġiku għall-iżvilupp u l-ippjanar, l-ISPED, meqjusa bħala l-bibbja tal-ippjanar minħabba li jinkludi l-pjani lokali u l-masterplans li fuqhom jiġu deċiżi l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp, se jiġu riveduti wara proċess ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ sitt ġimgħat.

Il-Ministru għall-Ambjent Aaaron Farrugia qal li dawn l-istrateġiji ġodda se jiddefinixxu lil Malta t’għada u se jagħtu aktar piż lill-kwalità tal-ħajja. “L-ambjent, l-ekonomija u l-qasam soċjali jkunu fuq l-istess livell jiġifieri proġett jew policy ma nqisux biss fuq il-GDP imma fuq l-ambjent ta’ madwarna u l-kwalità tal-ħajja li rridu ngħixu”.

Dr Farrugia qal li issa hu l-waqt li l-politiku ma jibqax iħares lejn ċikli elettorali ta’ ħames snin iżda b’responsabbiltà lejn il-ġenerazzjonijiet li ġejjin tant li l-istrateġija ġdida tal-ambjent se tkun viżjoni li tħares għat-tletin sena li ġejjin maqsuma f’ċikli ta’ għaxar snin. Spjega li din l-istrateġija se tikkunsidra diversi aspetti fosthom ix-xejriet relatati mad-demografija, l-iskart u l-ekonomija.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, Michelle Piccinino qalet li stħarriġ riċenti li kkumissjonat l-ERA wera li aktar minn nofs in-nies jixtiequ jaraw titjib fil-ħarsien tal-ambjent.

Il-Perit Martin Saliba, Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar qal li r-reviżjoni tal-ISPED hu eżerċizzju li se jagħti gwida aktar ċara lill-awtorità fid-deċiżjonijiet li se tieħu fis-snin li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Aktar