Politika
Il-Gvern qed jieħu l-pariri tal-Kummissjoni Venezja bl-akbar serjetà – il-PM

Ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa Pieter Omtzigt waqt li nnota bidla għall-aħjar fl-attitudni tal-gvern dwar ir-riformi meħtieġa għall-governanza sostna li għad fadal xi jsir biex il-proposti tal-Kunsill tal-Ewropa jiġu implimentati. Il-Parlamentari Olandiż qal dan meta ltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ diversi membri tal-kabinett. Il-Prim Ministru Abela spjegalu li l Gvern qiegħed jieħu r-rakomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja b’serjetà u qiegħed jaħdem biex jimplimentahom, għax jemmen li l-pajjiż għandu bżonn governanza tajba u saltna ta-dritt b’saħħitha.

F’laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja, ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa Pieter Omtzigt stqarr li jinsab kuntent li l-Gvern qiegħed jaħdem fuq il-proposti tal-Kummissjoni Venezja wara li qal li kien hemm dewmien fit-teħid ta’ ċertu deċiżjonijiet.

Il-Parlamentari Olandiż li kemm-il darba kien kritiku għal Malta qal li r-riformi li beda jagħmel Dr Abela, setgħu twettqu mill-ministru Bonnici fis-sentejn li għaddew. Fil-laqgħa, il-Prim Ministru Robert Abela aġġorna lil Omtzigt bir-riformi li saru fl-ewwel ġranet tal-Gvern. Dr Abela qal li l-Gvern qiegħed jieħu r-rakomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja b’serjetà kbira u qiegħed jaħdem biex jimplimentahom għax jemmen li l-pajjiż għandu bżonn governanza tajba u saltna ta-dritt b’saħħitha.

Il-Prim Ministru elenka r-riformi li l-Gvern diġà implimenta, fosthom biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinħatar wara sejħa pubblika u l-applikanti se jgħaddu mill-iskrutinju tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Qal li qegħdin isiru riformi biex il-Pulizija ma tibqax l-investigatur u l-prosekutur, u tibda tiffoka biss fuq l-investigazzjonijiet, filwaqt li l-prosekuzzjoni ssir minn entità oħra. Semma wkoll riforma li saret biex inqasmu l-funzjonijiet tal-avukat ġenerali.

Żied jgħid li l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta Daphne Caruana Galizia li ntalbet mill-Kunsill tal-Ewropa bdiet il-ħidma tagħha wkoll.
F’kummenti ma’ Television Malta wara l-laqgħa, is-sur Omtzigt iddeskriva l-laqgħa bħala pożittiva.

”The attitude is that there is some reception that I feel this government has an intention to make changes, it is obviously making those changes but then again I did point out that to those ministers that all all of them were part of the same government before December. So I look forward to seeing all those changes being made in Malta.”

Is-sur Omtzigt qal li Malta għandha timplimenta l-proposti tal-Kummissjoni Venezja mill-aktar fis, biex fost oħrajn tindirizza r-reputazzjoni li għandha b’industriji u attivitajiet li huma meqjusa riskjużi ħafna, bħall-gaming, iċ-ċittadinanza b’investiment u l-bitcoin. Il-Prim Ministru Abela stieden lil Pieter Omtzigt għal aktar djalogu ma’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Aktar