Politika
Il-PN jgħid li l-Gvern qed jikser il-liġi – il-Gvern jirreaġixxi

Fi stqarrija b’reazzjoni għal dak li qal il-Partit Nazzjonalista, il-Gvern innota li l-Oppożizzjoni ma tafx il-fatti dwar dan il-każ. Qal li ż-żewġ chairpersons maħtura għall-bordijiet tal-MGA u l-MCA huma fil-verità ż-żewġ kapijiet eżekuttivi tal-isetess awtoritajiet. Għaldaqstant, fi kliem il-Gvern, huwa ovvju, li huma ġew maħtura fuq bażi temporanja.

Intqal kif anke fl-avviż hemm imnizzel hekk.

Fl-istqarrija tiegħu il-Gvern ikkwota l-liġi tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, fejn qal li jekk il-kariga ta’ chairpersons hija temporanja għal żmien ta’ inqas minn 6 xhur, tali persuna m’għandiex titla’ quddiem dan il-kumitat.

 

Aktar qabel:

 

B’reazzjoni għal fatt li fil-5 ta’ Novembru li għadda fil-Gazzetta tal-Gvern dehru l-ħatriet taċ-Chairman tal-Bord tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni, u tal-Awtorità tal-Logħob, il-Partit Nazzjonalista qal li dan mhuwiex aċċettabbli u talab li tintrefa’ r-responsabbilità.

Il-PN qal li kien grazzi għal xogħol li għamel hu s-sena li għaddiet biex dawn iż-żewġ karigi partikolari, jinħatru biss wara li jiġu quddiem kumitat ta’ skrutinju parlamentari, u jkun hemm bżonn li jiġu approvati mill-kumitat biex jingħataw il-ħatra tagħhom.

Fl-istqarrija ffirmata minn Clyde Puli, Carm Mifsud Bonnici, u Hermann Schiavone, intqal kif dan huwa aġir politiku arroganti u llegali, li sar f’paniku biex jipprova jsolvi sitwazzjoni li ilha tinħema minn Ottubru ligħadda. “Aġir żbaljat li juri li l-Gvern mhuwiex josserva l-liġijiet tiegħu stess,” tgħid l-istqarrija.

L-istqarrija ttem tgħid li f’dawn iċ-ċirkustanzi, se tkun qed tivvota kontra dawn il-kandidati.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 38 sena miż-Żurrieq ġie akkużat li kkaġuna ferita ta’ natura ħafifa fuq martu u li kkaġunalha biża’ f’argument li seħħ bejniethom fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu. Ir-raġel, li jaħdem…

Kurżitajiet

Waqt li t-traffiku normalment huwa l-kawża ta’ frustrazzjoni kbira għax-xufiera, jidher li dan ma jaffettwax lil kulħadd b’mod negattiv. Dan hekk kif f’filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali dalgħodu,…

Qorti

Tliet irġiel ta’ bejn 17 u t-32 sena mill-Bangladesh ingħataw sitt xhur priġunerija għax inqabdu jiffalsifikaw tliet passaporti u dokumenti oħra biex jaħarbu minn Malta. Hossain Monir, Ahmed Kawsar u…

Aktar