Budget
Il-Gvern qed jistenna li jerġa’ jkollu surplus fil-finanzi

Il-Ministru għall-Finanzi Edward qal lill-imsieħba soċjali li l-pajjiz irid jimmaniġġja s-suċċess billi indirizza l-isfidi li huma wkoll riżultat tat-tkabbir ekonomiku. F’business breakfast ma’ imprendituri u msieħba soċjali, il-Ministru Scicluna qal li s-settur privat u s-settur pubbliku għandu jaħdmu flimkien biex jindirizzaw dawn l-isfidi. Huwa qal li l-Gvern qed jistenna li għar-raba’ sena, jerġa’ jkollu surplus tal-finanzi tiegħu.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-miżuri soċjali mħabbra fl-aħħar budgets ħallew aktar flus fil-bwiet taċ-ċittadini. Semma fost oħrajn li 50,000 persuna bbeneffikaw minn tnaqqis fir-rati tat-taxxa minn 35% għal 25%, miżura li tiswa lill-gvern 44 miljun ewro fis-sena. Qal li kważi sittax-il elf tifel u tifla u 21,000 ġenitur ibbenefikaw mill-iskema ta’ childcare bla ħlas u 28,000 ibbenefikaw mit-trasport bla ħlas għall-iskola. Semma li 22,000 pensjonant gawdew minn tnaqqis fit-taxxa fuq il-pensjoni u li 9,000 minnhom mhumiex iħallsu din it-taxxa.

F’business breakfast bi tħejjija għall-budget mal-imprendituri u l-imsieħba soċjali, il-Ministru Scicluna qal li aktar minn dsatax-il elf persuna bbenefikaw mill-iskema tal-first time buyers, li daħlet seba’ snin ilu. Qal li l-iskema oħra dwar ix-xiri tat-tieni proprjetà tinsab fl-ewwel fażijiet tagħha u teħtieġ aġġustamenti.

Il-Professur Scicluna qal li bil-budgets tas-snin li għaddew il-gvern naqqas il-faqar. Qal li skont l-aħħar ċifri tal-Eurostat, il-persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali naqsu minn ħamsa u għoxrin fil-mija fl-2013 għal dsatax fil-mija.

Huwa qal li l-budget għas-sena d-dieħla se jiffoka fuq is-sostenn tat-tkabbir ekonomiku u t-tqassim tal-ġid b’mod ġust.

Fost oħrajn tkellem il-President tal-MHRA, Tony Zahra, li qal li l-budget għandu jiffoka aktar fuq tkabbir sostennibli għaliex qal li mhux tingħata attenzjoni għaż-żieda kbira ta’ ħaddiema barranin. Skont is-Sur Zahra, is-sena d-dieħla jridu jiġu Malta mal-ħmistax-il elf oħra u għalhekk jeħtieġ li l-infrastruttura tkun tiflaħ għalihom. Semma wkoll li l-kumpaniji Maltin huma żvantaġġjati fit-taxxa.

Iċ-Chairman tal-Air Malta, Charles Mangion staqsa jekk wasalx iż-żmien li Malta jkollha limitu ta’ turisti li tista’ takkomoda. Innota li għadha ma saritx ‘roadmap’ għal turiżmu ta’ kwalità aktar milli kwantità.

Il-Perit Martin Debono mill-BICC qal li għadu ma sarx masterplan dwar kif se jingħaddu s-servizzi biex ilaħħqu mal-bini li tiela’. Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, Sandro Cetchuti qal li l-burokrazija qed tikkumplika ruħha kuljum u qed taqta’ qalb min irid jinvesti fit-tul. Semma l-kriżi tal-iskart tal-kostruzzjoni, li qal ilna nitkellmu fuqha sentejn, u għadu ma tteħditx deċiżjoni.

Il-Ministru Scicluna qal li l-immaniġġjar tas-suċċess huwa sfida minnu nnifsu. Qal li l-Gvern jeħtieġ li jżomm l-istess entużjazmu u enerġija li kellu fl-ewwel ħames snin biex jindirizza dawn l-isfidi.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar