Edukazzjoni
Il-Gvern se jagħti €4.5m lill-iskejjel indipendenti għall-miżuri tal-COVID-19

L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti ħabbret li l-Gvern se jagħti ‘l dawn l-iskejjel għotja ta’ darba ta’ erba’ miljun ewro u nofs bejniethom.

L-għotja tirrappreżenta għajnuna mill-Gvern biex itaffi mill-piż finanzjarju li kellhom jerfgħu biex setgħu fetħu l-bibien tagħhom skont il-linji gwida tad-Dipartiment tas-Saħħa biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19.

L-assoċjazzjoni qalet li tinsab sodisfatta li t-talba għal għajnuna finanzjarja ntlaqgħet. Stqarrija tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti kienet iffirmata minn rappreżentanti ta’ seba’ skejjel.